Li tipprepara għat-twelid u t-trobbija tista’ tinħass bħala biċċa xogħol impossibli xi kultant, speċjalment meta jkun hemm ħafna w’ ħafna għażliet involuti. Hawnhekk hu eżattament fejn jidħol ix-xogħol tad-‘doula’.
Għalkemm ix-xogħol ta’ ‘doula’ huwa professjoni relattivament ġdida f’Malta, dan ix-xogħol huwa mfittex u rispettat ħafna madwar id-dinja kollha, u jinvolvi persuni b’ riċerka estensiva warajhom li f’ xogħolhom itejjbu l-esperjenza ta’ nisa tqal fit-twelid kif ukoll wara t-twelid.
Jekk qatt ma smajt dwar dak li tagħmel id-‘doula’ tista’ taqra l-artiklu ta’ Chiara Cortesi hawnhekk . Mhux kulħadd jagħżel jew ikun jista’ jkollu ‘doula’ miegħu waqt it-twelid, imma li jkollok ‘doula’ jista’ jgħinek ħafna biex tipprepara waqt it-tqala biex jiġi żgurat li jkun hemm tranżizzjoni ġentili u kunfidenti għalik u għal familtek.
Hawn taħt tista’ ssib lista ta’ 20 mod li bihom ‘doula’ tista’ tgħinek:
1. Tgħinek tidentifika l-bżonnijiet tiegħek, dak li tixtieq u l-għanijiet kollha tiegħek
‘Doulas’ huma tajba biex jikkowċjawk sabiex verament tidħol fil-fond fik innifsek biex issir taf dak li huwa importanti għalik u kif tista’ twettaq dan kollu. Kull sitwazzjoni hija unika, kull persuna li twelled hija differenti u kull tarbija hija differenti, u b’hekk, dak li għamlu sħabek, il-ġirien u l-membri tal-familja tiegħek hemm ċans li ma jkunx japplika għalik u għas-sitwazzjoni tiegħek. ‘Doula’ tista tgħinek taddatta ruħek għas-sitwazzjoni speċifika tiegħek.
2. Jgħinu lis-sieħeb tiegħek iħossu aktar kunfidenti fl-irwol tiegħu li jkun qed jinbidel u jevolvi wkoll
Is-sieħba jistgħu faċilment iħossuhom mitlufin u waħedhom, u din tista’ taffettwalhom l-istima personali, ir-relazzjonijiet, l-irbit u kif huma kapaċi jkunu ġenituri. Id-‘doulas’ jagħtu ħafna sapport lis-sieħba, filfatt jagħtuhom pariri li jkunu ħfief biex jifhmuhom u prattiċi dwar kif jistgħu jkunu ta’ sapport għalik u għat-tarbija waqt li tkunu qed tikbru u tevolvu bħala familja.
3. Jgħinuk tħares lejn l-informazzjoni kollha biex issib kontenut relevanti għalik
Tant kemm hemm informazzjoni hemm barra, li xi kultant faċilment titħawwad. ‘Doula’ tkun tista’ tmexxik fid-direzzjoni t-tajba għaliex tibbaża kollox fuq is-sitwazzjoni u fuq il-bżonnijiet tiegħek personali. Id-‘doulas’ iqattgħu ħafna ħin kontinwament jedukaw lilhom infushom biex inti tkun ċerta li l-informazzjoni li tkun qed tingħata tkun l-aktar riċenti possibbli.
4. Jirreferuk għal ma professjonisti tas-saħħa oħra fejn ikun hemm bżonn
Id-‘Doulas’ huma tajbin ħafna fin-‘networking’ u parti mix-xogħol tagħhom hu li joħolqu relazzjonijiet ma professjonisti tas-saħħa oħrajn. Jekk qed tesperjenza xi ħaġa li m’għandhiex x’taqsam max-xogħol tad-‘doula’, id-‘doula’ tkun tista’ tirreferik għand l-aħjar persuna jew professjonist li jista’ jgħinek. Jekk le, jkunu jafu eżattament lill min għandhom jistaqsu biex isibulek lil xi ħadd li jista’ jgħinek, u b’hekk la jaħlulek ħin u lanqas l-enerġija tiegħek.
5. Jipprovdulek informazzjoni kurrenti u bbażata fuq evidenza biex jgħinuk tagħmel għażliet infurmati sew
Għażliet infurmati għandhom ikunu ċentrali fil-kura moderna tal-maternità. Jekk ma kontx mogħtija nformazzjoni korretta u bbażata fuq evidenza, bil-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha, ma tistax tagħmel għażla nfurmata. Id-‘Doulas’ dejjem jiżgurawk li l-informazzjoni li ġejt mogħtija hija informazzjoni li tgħinek tieħu deċiżjonijiet jew jipprovduk b’mistoqsijiet li tista’ ssaqsi biex takkwista l-informazzjoni li għandek bżonn.
6. Jgħallmu lilek u lis-sieħeb tiegħek tekniċi li jibbilanċjaw il-pelvis u jippreparawlek ġismek għal ħlas
Id-‘doulas’ jgħinu lit-tarbija tiegħek iddur f’pożizzjoni aħjar biex tiffaċilita l-kumdita’ waqt it-twelid, kemm għalik, kif ukoll għat-tarbija tiegħek. Tekniċi sempliċi imma effettivi jistgħu jippreparawlek ġismek u joħolqu spazju sew lit-tarbija. Ħafna drabi, id-‘doulas’ jistgħu jgħallmu lilek u lis-sieħeb tiegħek kif tibbilanċja l-‘pelvis’ u kif tipprepara ġismek b’mod fiżiku għat-twelid.
7. Jgħinuk toħloq pjan għat-twelid u għal wara t-twelid
Il-preparazzjonijiet kollha li tagħmel għat-twelid u għal wara t-twelid jistgħu jitpoġġew b’mod faċli f’żewġ dokumenti li jiġu xxerjati mat-tim tiegħek, mal-fornituri tal-kura medika jew persuni oħra ta’ appoġġ. Din hija għodda qawwija għall-organizzazzjoni tal-ħsiebijiet u biex il-persuni nvoluti jkunu jafu dak li huwa mportanti għalik. Id-‘doulas’ jistgħu jgħinuk tifforma dawn il-pjanijiet u jagħtuk suġġerimenti fejn ikun hemm xi ideat li forsi tkun injorajt. Ħafna drabi l-proċess ta’ preparazzjoni ta’ pjan għandu l-aktar valur, valur li jippermettilek tkun aktar għaref u flessibbli f’ każ li jkun hemm xi bidla.
8. Jgħallmuk tekniki differenti biex tkun tista’ tikkontrolla l-uġiegħ
Anke jekk qed tippjana biex tagħmel użu minn modi ta’ serħan mill-uġigħ mediċinali, hija xi ħaġa ta benefiċċju li titgħallem tuża tekniki oħra biex tkampa mal-uġiegħ tal-ħlas. Id-‘doulas’ jafu ħafna tattiċi biex jagħmlulek it-twelid aktar komdu u jistgħu jgħallmu kemm lilek u anke lis-sieħeb tiegħek.
9. Juruk pożizzjonijiet differenti għal meta tkun qed twelled
Iċ-ċaqliq u ż-żfin matul il-fażijiet tal-bidu tat-twelid mhumiex biss tajbin għall-kumdità tiegħek stess, iżda jgħinu wkoll biex jiġi ffaċilitat il-proċess kollu tat-twelid. Id-‘doulas’ iħobbu ċ-ċaqliq u jħobbu wkoll jipprattikaw pożizzjonijiet differenti għal stadji differenti qabel ma jiġi l-waqt, u jistgħu jagħmluha aktar aċċessibbli għalik b’mod ħafif matul it-twelid tiegħek. Tista tgħin lis-sieħeb tiegħek iħossu aktar kunfidenti fil-mod ta’ kif jigwidak u jissuġġerixxi pożizzjonijiet differenti meta l-unika ħaġa li tkun qed tiffoka fuqha tkun in-nifs!
10. Jgħinuk tagħżel l-aħjar tim biex jissapportjak
Li tagħżel lil min trid li jkollok miegħek tidher ħaġa ħafifa, imma idealment għandek tħares sew lejn xi jġibu dawn in-nies meta tkun fil-kamra twelled. Id-‘doulas’ huma esperti fejn jidħol l-użu tal-aqwa kwalitajiet tan-nies kif ukoll jamplifikawhom waqt it-twelid biex jgħinuk tagħżel il-persuna li se tkun ta’ vantaġġ għalik. Dan ikun ibbażat fuq il-ħiliet li għandhom, flimkien ma’ dak li għandek bżonn, u mhux sempliċiment min se jkun hemm b’mod awtomatiku.
11. Gwida għal wara t-twelid
Insibu ħafna ħafna enfasi fuq it-twelid, u dan huwa bir-raġun! Huwa avveniment ewlieni tal-ħajja! Imma dan ġeneralment huwa affari ta 1-3 ijiem. Madankollu l-affarijiet li jiġru wara t-twelid u li tkun ġenitur hija affari ħafn’ itwal. Id-‘Doulas’ għandhom ħafna passjoni lejn l-ommijiet il-ġodda u l-ġenituri. Iħobbuhom lit-trabi, imma iħobbu l-ommijiet il-ġodda aktar. Li tipprepara għal dak li jiġi wara t-twelid itejjeb iċ-ċans li jkun hemm tranżizzjoni ġentili u ‘doula’ tista’ tgħinek billi tagħti l-istess ammont t’attenzjoni li tagħti lill-preparazzjoni tat-twelid anke wara t-twelid.
12. Jipprovdulek għajnuna, gwida u riżorsi dwar il-bżonnijiet nutrittivi tat-tarbija
Id-‘Doulas’ għandhom esperjenza f’kull tip ta’ bżonnijiet nutrittivi tat-trabi, kemm jekk huwa ‘breastfeeding’, ‘cup feeding’, bis-siringa jew ‘finger feeding’, ‘bottle feeding’, ‘pumping’, l-użu tas-suppliment tal-ħalib u kombinazzjoni ta’ kollha kemm huma! Dawk id-‘doulas’ li jissapportjaw il-‘breastfeeding’ jistgħu jgħinuk f’kull kwistjoni li tista’ tkun qed tesperjenza u anke jirreferuk għal ma speċjalisti tal-‘breastfeeding’ u anke jekk ikun hemm bżonn konsulenti tat-treddigħ. Ġeneralment dan it-tip ta’ sapport jiġi mogħti d-dar biex ma jkollokx għalfejn tinkwieta li toħroġ lit-tarbija barra, u tkun tista’ tkun komda tuża oġġetti li diġa għandek id-dar.
13. Jgħallmuk kull m’għandek tkun taf għal matul ir-raba’ trimestru
Id-‘Doulas’ joffru nformazzjoni imprezzabbli għar-raba’ trimestru li jistgħu jgħoddu għal stili differenti ta’ trobbija. Minn kif tikkalma t-tarbija tiegħek sa ‘hacks’ tat-trobbija li ma tistax tgħix mingħajrhom! Ma ngħidulekx x’għandek tagħmel, imma ngħinuk tibni u ssaħħaħ l-intuwizzjoni tiegħek biex b’mod kunfidenti tilħaq il-bżonnijiet tat-tarbija waqt li tagħti kas il-bżonnijiet tiegħek ukoll.
14. Jagħtuk is-sapport u l- inkoraġġiment meta jkollok bżonn taqbeż għad-drittijiet tiegħek
Sfortunatament mhux kulħadd jipprattika kura tal-maternita’ li tkun ibbażata fuq l-evidenza addattata individwalment. Huwa mportanti li jekk tiltaqa’ ma xi ħaġa li m’hijiex tajba għs-sitwazzjoni tiegħek, ikollok is-sapport neċessarju. Id-‘doulas’ huma hemmhekk għalik u jistgħu jgħinuk tiġbor ir-rożorsi neċessarji u tuża leħnek meta tkun qed taqbeż għad-drittijiet tiegħek.
15. Jipprovdulek ir-riżorsi rigward id-drittijiet umani fit-twelid u jiżgurawk li jkunu qed jiġu rispettati
Id-‘Doulas’ huma normalment intiżi sew fid-drittijiet tal-bniedem relatati mat-twelid u s-sitwazzjonijiet fejn tista’ taċċetta jew tirrifjuta l-kura. Jekk dawn id-drittijiet mhumiex qed jiġu rispettati, x’aktarx id-‘doula’ tiegħek tkun taf lill min tista tikkuntattja għal parir legali, kemm jekk dan ikun fil-pajjiż li tgħix fih kif ukoll internazzjonalment.
16. Jisimgħu LILEK u l-esperjenza TIEGĦEK
Id-‘doulas’ iridu jkunu jafu INTI x’qed tagħmel u x’qed tesperjenza mingħajr ġudizzju jew sekwestru. Din tħallik titkellem fuq l-emozzjonijiet u s-sitwazzjonijiet differenti li jistgħu jitfaċċaw b’mod onest u liberu. Huma jieħdu ħsieb il-mod li bihom qed tiġi trattata u jridu li inti tħossok f’post sikur fejn tkun tista’ tgħid l-istorja tiegħek.
17. Hemm ħafna ‘doulas’ li joffru servizzi oħra
Id-‘doulas’ jistgħu jikkombinaw kapaċitajiet u professjonijiet differenti f’xogħol li għandu x’jaqsam mat-twelid. Dawn jistgħu ikunu terapiji komplementari, korsijiet jew servizzi oħra, li jipprovdu vantaġġ mill-għarfien tagħhom f’oqsma oħra!
18. Jipprovdu sapport onlajn jew wiċċ imb’ wiċċ
Speċjalment fil-klima tal-lum, ħafna u ħafna ‘doulas’ qed jipprovdu s-servizzi tagħhom online kif ukoll wiċċ imb’ wiċċ. Li sempliċiment tkun tista’ tibgħat messaġġ lid-‘doula’ meta jibda il-ħlas jew biex taqsam xi suċċessi ma xi ħadd li jista jifhmek, tagħmel differenza kbira!
19. Jgħinuk tikxef u taħdem fuq biżgħat u affarijiet li jikkonċernawk
Tema li d-‘doulas’ jiddiskutu mal-familji li jkunu qed jaħdmu magħhom hija l-biża’ tat-tqala, tat-twelid u trobbija. Huma jistgħu jgħinuk tiddetermina minn fejn jistgħu ikunu ġejjin dawn il-ħsibijiet jew biżgħat ikkonċernati, kif ukoll jekk hemmx bżonn ta’ kuntatt mediku. Ħafna drabi jkun in-nuqqas ta’ nformazzjoni kif ukoll is-sensazzjoni li titlef il-kontroll, il-fatturi li jikkontribwixxu għall-biża. Id-‘doulas’ ikunu jistgħu itaffu din il-biża billi jipprovdu nformazzjoni tajba, ikollhom preżenza kalma u jagħtu ħafna kuraġġ.
20. Jemmnu fik u fl-abbilta’ tiegħek li tagħmel l-aħjar għażliet għalik u għat-tarbija tiegħek
Id-‘doulas’ jemmnu fik. Jemmnu li int u s-sieħeb tiegħek tafu x’inhu l-aħjar għat-tarbija tiegħek. Aħna nkunu hemm għalik meta tkun fl-aqwa tiegħek, meta tkun qed tħossok inqas sigura jew saħansitra meta tkun qed tesperjenza uġigħ emozzjonali. Aħna IRRIDUK tkun b’saħħtek u ferħana! Nafu li dan il-proċess jista’ jaffettwa l-istima personali tiegħek b’kull mod. Nemmnu 100% li nsaħħu l-ommijiet u l-ġenituri biex ikunu sors ta’ saħħa għall-familja tagħhom u għall-komunita’.
Tistgħu issibu ħafna ‘doulas’ kapaċi hawn Malta u nirrakkomandalkom li tikkuntattjaw lil xi ħadd minna biex taraw kif nistgħu ngħinuk tipprepara għat-tqala, għat-twelid u għall-perjodu ta’ wara t-tqala bil-kunfidenza u l-kalma kollha neċessarja!
Importanti!
Id-‘Doulas’ jissaportu kull tip ta’ tqala, wild u familji, irrispettivament minn kif iffurmaw jew kif komplew.
Id-‘Doulas’ m’għandhomx responsabbiltajiet mediċi. Is-servizzi tagħna huma komplimentari u ma jaffettwawx il-kura medika. Rigward saħħtek u s-saħħa tat-tarbija tiegħek tajjeb titkellem ma’ tabib/a.
Dejjem tiegħek,
Crystal Presttun – ‘Doula’
www.sasima.no; www.facebook.com/sasimadou