Share the love

kundizzjonijiet mediċi nisa u rġiel

Għalkemm ċerti kundizzjonijiet mediċi huma komuni kemm fl-irġiel kif ukoll fin-nisa, ħafna drabi n-nisa jiġu affettwati b’mod differenti, anke jekk is-sintomi ġeneralment ikunu simili ħafna għall-dawk esperjenzati mill-irġiel. Dan ifisser li ħafna drabi, in-nisa jkollhom bżonn kura xi ftit differenti wkoll. Jekk nieħdu eżempju bl-Amerika, in-nisa għandhom riskju ħafna akbar mill-irġiel għall-kanċer tas-sider.

Ftit minn dawn il-kundizzjonijiet u l-effett tagħhom partikolarment fuq in-nisa nistgħu narawhom hawn.

Abbuż ta’ alkoħol

Milljuni ta’ nisa fl-Istati Uniti jagħmlu użu żejjed ta’ alkoħol li bih ipoġġu ħajjithom, saħħithom u s-sigurta’ tagħhom f’riskju. Filwaqt li għall-irġiel huwa iktar faċli li jiġu dipendenti fuq l-alkoħol f’ ħajjithom, l-effett ħażin li jġib dan il-vizzju huwa ħafna iktar serju fuq in-nisa. Dan jinkludi riskji ikbar għal-kanċer tas-sider, problemi fil-qalb, u problemi fil-moħħ kif ukoll problemi fil-mod ta’ tagħlim fi trabi li jitwieldu lil nisa li jkunu għamlu użu estensiv ta’ alkoħol waqt it-tqala.

Problemi fil-qalb

Fl-Istati Uniti, problemi kardjovaskulari huma l-iktar kawżi komuni ta’ mewt fin-nisa kif ukoll fl-irġiel. Madankollu, in-nisa għandhom ċans akbar mill-irġiel ta attakki tal-qalb li sfortunatament isarrfu f’ mewt. Barra minn dan, in-nisa spiss jesperjenzaw dewmien akbar biex jieħdu l-kura meħtieġa fejn jidħol kura biex jikkontrollaw il-kolesterol.

Problemi ta’ saħħa mentali

Id-dippressjoni hija l-iktar problema ta’ saħħa mentali komuni fin-nisa. Fil-fatt, huwa iktar komuni li nsibu nisa li juru sinjali ta’ dipressjoni mill-irġiel, filwaqt li iktar nisa mill-irġiel jiġu mogħtija dijanjosi ta’ dipressjoni kull sena.

Osteoartrite

L-osteoartrite hija l-iktar forma ta’ artrite komuni li tikkawża uħigħ fil-ġogi, ebbusija u nfuħa. L-artrite hija l-kawża l-aktar komuni ta’ diżabbilta’ fiżika fl-Istati Uniti, kawża li taffettwa miljuni ta’ nies fl-Amerika u sfortunatament jidher ukoll li taffettwa ħafna iktar lin-nisa milli l-irġiel.

Mard u infezzjonijiet trażmessi sesswalment (STDs/STIs)

L-effetti ta’ mard u infezzjonijiet trażmessi sesswalment bħal ‘STD’s’ u ‘STI’s’ fin-nisa huma aktar gravi fin-nisa milli fl-irġiel. Meta ma jkunux ikkurati, dawn iħallu effett ta’ infertilita’ fuq in-nisa. Ħafna drabi dan jiġri minħabba li s-sintomi huma inqas ovvji fin-nisa milli fl-irġiel, u dawn is-sintomi spiss huma abbinati ma’ infezzjonijiet inqas problematiċi bħal-‘yeast infections’.

L-istress

Skond riċerka riċenti li saret mill-‘American Psychological Association’, l-istress huwa problema komuni ħafna fin-nisa. F’din ir-riċerka, ftit inqas minn nofs il-parteċipanti nisa qalu li l-istress ħassewh żdied fl-aħħar ħames snin, meta mqabbla ma 39% ta’ l-irġiel. L-istress għandu wkoll effetti uniċi fuq in-nisa, fejn studju ieħor mill-NICHD irrapporta li l-istress jista wkoll inaqqas iċ-ċans li mara tinqabad tqila.

Puplesija

Huwa iktar komuni għan-nisa milli għall-irġiel li jesperjenzaw puplesija. Għalkemm ħafna fatturi li jikkawżaw puplesija huma l-istess kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa bħal ma huma problemi ġenetiċi, pressjoni għolja u kolesterol għoli, hemm fatturi relatati biss man-nisa bħal ma huma użu ta’ pilloli għal ‘birth control’, tqala, użu ta’ pilloli tal-ormoni ‘hormone replacement therapy’ li jintużaw spiss biex inaqqsu s-sintomi relatati mal-menopawża, uġigħ ta’ migranja spissi, kif ukoll fejn il-qadd tal-mara jkun iktar minn 35.2 pulizier, partikolarment wara l-menopawża, u ammont għoli ta’ xaħam fid-demm.

Problemi relatati mas-sistema urinarja

In-nisa jesperjenzaw problemi u infezzjonijiet fil-bużżieqa ta’ l-awrina (UTI’s) ħafna aktar spiss mill-irġiel. Similarjament, in-nisa jesperjenzaw ukoll problemi ta’ inkontenenza id-doppju ta’ kemm jesperjenzaw dan l-irġiel, minħabba l-istruttura tas-sistema urinarja tan-nisa.

Tista taqra l-artiklu oriġinali hawn: https://www.nichd.nih.gov/health/topics/womenshealth/conditioninfo/howconditionsaffect


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *