Ħafna nisa mill-ġenerazzjoni tiegħi kibru b’idea negattiva tas-sesswalita’ femminili, fejn is-sess huwa meqjuż riżervat biss għall-prokreazzjoni u għal wara ż-żwieġ. Il-kliem ‘vulva’, vaġina u klitoris kienu taboo u rari kont tisma’ lil xi ħadd jitkellem fuqhom.
Kien hemm ‘aura’ ta’ mistħija, ta’ ħtija u ta’ disgustanza madwar pjaċir sesswali femminili u aħna konna nkarigati bir-responsabbilta’ li nżommu lis-subien tagħna f’posthom bl-imġieba tagħna, bil-mod ta’ kif nilbsu u bil-preġju ġenerali tagħna.
Persuni t’awtorita’ kienu jgħidulna li l-masturbazzjoni kienet xi ħaġa ħażina u li għandha tiġi evitata. Xi ftit minna emmnu dan ukoll, għax qalulhom dawk ta’ madwarhom li hija xi ħaġa mhux sikura u li hija dnub.
Tista’ timmaġina s-sorpriża li ħadt meta bdejt nistudja l-mediċina sesswali u t-terapija tas-sess, meta smajt li:
Il-pjaċir sesswali huwa aspett verament importanti għas-saħħa sesswali.
Li tkun taf kif jaħdem ġismek u li tara kif jidhru l-ġenitali tiegħek jista’ jgħinek biex issir tifhem aktar lilek innifsek kif ukoll tiskopri x’jogħġbok u x’ma jogħġbokx sesswalment u tirrealizza li din hija ħaġa normali u li ma ġġorr l-ebda ħtija. Hu fatt li masturbazzjoni ‘mindful’ hija għodda bażika li wieħed juża biex jikkura ħafna mid-diżfunzjonijiet sesswali ewlenin tiegħu. Niftakar id-diskussjonijiet twal li kelli ma żewġ kollegi nisa, waħda ġinekoloġista li ġejja minn pajjiż Musulman u l-oħra psikoloġista minn Uruguay, pajjiż Kattoliku. Tkellimna dwar kif nirrakkomandaw il-masturbazzjoni bħala trattament lill dawk l-individwi u koppji li jaħsbu li dan l-avveniment huwa ta’ mistħija, li jwassal għad-dnub u li hi xi ħaġa disgustanti.
Xi ktun masturbazzjoni ‘mindful’? Għaliex ir-riċerka tipponta lejn l-effetti tagħha fuq it-titjib tas-saħħa sesswali u fuq kif titratta diffikultajiet sesswali?
Masturbazzjoni ‘mindful’ hija meta timmasturba waqt li tkun konxja totalment mis-sensazzjoni fiżika li tkun qed tesperjenza.
Dan ma jfissirx li ma tkunx distratta minn ħsibijiet, imma tkun tista tirrikonoxxi dawn il-ħsibijiet u mbagħad tkompli tiffoka fuq is-sensazzjonijiet li jkunu qed jiġru f’ġismek waqt li titqanqal u torgażma. Il-‘mindfulness’ jgħinek tirrilassa u tesperjenza l-praċir b’mod sħiħ.
X’jista jgħin?
Sir af lilek innifsek: kun af kif jidhru l-ġenitali tiegħek. Fittex ftit privatezza, sakkar il-bieb tal-kamra tal-banju jew tas-sodda, sib mera jekk hemm bżonn, u ħares lejn il-labia ta’ ġewwa u ta’ barra u l-klitoris. Osserva l-ftuħ tal-vaġina u l-ftuħ tal-uretra. Il-partijiet ġenitali tagħna huma differenti ħafna u jistgħu jinbidlu wara t-twelid, imma nassigurakom li kollha kemm aħna magħmulin sbieħ.
Irrilassa: Il-konnessjoni bejn il-livelli għolja tal-ansjeta’ u disfunzjoni sesswali ilha stabbilita. Meta nkunu anzjużi, moħħna jista’ jibda jaħdem iżżejjed u b’hekk ħsibijietna jistgħu itellfuna mill-gost u mill-konċentrazzjoni li nesperjenzaw fuq is-sensazzjonijiet tal-ġisem. Għalhekk, huwa mportanti li tagħmel minn 5 sa 10 minuti nifsijiet fil-fond qabel ma tibda timmasturba. F’dan l-istadju huwa mportanti li ninnotaw il-postijiet l-aktar b’ tensjoni f’ ġisimna, eżempju madwar l-istonku u fl-għonq u l-ispallejn. Ħalli n-nifs jiggwidak biex tirrilassa dawn iż-żoni tat-tensjoni.
Ħalli kollox warajk: waqt li tkun qed tmiss lilek innifsek, ipprattika u esperjenza s-sensazzjonijiet aktar milli taħseb fuqhom. Ħsibijiet fuq is-sensazzjonijiet bħall “din tinħass tajba”, “din xej m’hi pjaċevoli”, huma utli biex jigwidawk. Iżda, huwa mportanti li tiffoka fuq l-emozzjonijiet ta’ dak il-pjaċir milli l-ħsibijiet li jiġu magħhom.
Aħdem fuq sitwazzjonijiet li tagħraf bħala “tal-mistħija“: il-pjaċir sesswali, masturbazzjoni, ħtija u mistħija jistgħu jitħalltu flimkien faċilment. Li taħdem fuq dawn is-sitwazzjonijiet billi tħares lejn il-perċessjonijiet fuq il-pjaċir feminili u sesswali jista’ jgħinek tiżviluppa idea aktar pożittiva fuq is-sess kif ukoll tħossok aktar komda int u tesperjenza l-pjaċir sesswali.
Għal kuntrarju ta’ dak li jaħsbu ħafna, hemm korrelazzjoni bejn il-frekwenza ta’ masturbazzjoni u frekwenza ta’ kopulazzjoni fin-nisa. Studji jindikaw li nisa li jimmasturbaw jesperjenzaw aktar gost sesswali. Dan ifisser li esperjenza sesswali miegħek innifsek tista’ tgħin biex iżżid l-għarfien fuq x’jogħoġbok u x’ma jogħoġbokx waqt is-sess u dan jista’ jiġi mibdul f’esperjenza sesswali aħjar fil-kamra tas-sodda.
Anna Catania (MCouns PG Dip fit-Terapija dwar il-Psikosesswalita’ u r-Relazzjonijiet. Anna hija ‘counsellor’ specjalizzata fuq is-sesswalita’ u r-relazzjonijiet. Hija tipprovdi pariri lill-individwi u koppji li qed jesperjenzaw problemi bis-sesswalita’, relazzjonijiet u intimita’.
Għal aktar informazzjoni dwar Anna kif ukoll lista ta’ artikli miktuba minnha fuq Wham agħfas hawn