L-indipendenza finanzjarja hija li jkollok kontroll fuq il-finanzi tiegħek stess u tkun tista’ tieħu d-deċiżjonijiet tiegħek mingħajr ma jkollok għalfejn tiddependi fuq xi ħaddieħor biex jieħu deċiżjonijiet bħal dawn għalik.
Meta tkun finanzjarjament indipendenti, ikollok il-ħila tappoġġja lilek innifsek finanzjarjament. Dan jista’ jsir permezz tal-qligħ, it-tfaddil u l-investimenti, mingħajr ma jkollok għalfejn tiddependi mill-għajnuna finanzjarja mill-istat, mill-familja, mill-ħbieb jew mill-assistenza soċjali.
Li jkollok mill-inqas livell bażiku t’għarfien dwar kif timmaniġġja aħjar flusek u tkun kompetenti biex tieħu d-deċiżjonijiet it-tajba jikkontribwixxu għall-indipendenza finanzjarja.
Nies indipendenti finanzjarjament jistgħu jippjanaw minn qabel għal futur li jridu u joħolmu bih. Dawk nieqsa mill-indipendenza finanzjarja, jistgħu biss jittamaw li l-futur jipprovdilhom mill-inqas il-bżonnijiet bażiċi tagħhom.
Sfortunatament fejn tidħol din il-kwistjoni, in-nisa jaffaċċjaw sett uniku ta’ sfidi li jistgħu jingħelbu biss billi jiksbu indipendenza finanzjarja. L-indipendenza finanzjarja hija neċessità. Tgħinek biex tassigura l-futur tiegħek, u tipprovdilek serħan tal-moħħ.
Sfidi uniċi għan-nisa fejn tidħol l-Indipendenza Finanzjarja
Tradizzjonalment, in-nisa ġew ittrattati bħala inferjuri. Xogħol ta’ mara kien li toqgħod id-dar u tieħu ħsieb id-dar, it-tfal, it-tisjir u t-tindif, filwaqt li l-irġiel kienu mistennija jaħdmu u jipprovdu l-flus għad-dar.
Għalkemm illum il-ġurnata għadu importanti li n-nisa jieħdu ħsieb it-tfal u xogħlijiet oħra tad-dar, il-ħidma lejn indipendenza finanzjarja saret mira importanti għal ħafna nisa, madankollu jista’ jgħati l-każ li ħafna għadhom jiffaċċjaw reżistenza minħabba tradizzjonijiet antiki jew valuri.
Il-kura tat-tfal u l-anzjani: Il-biċċa l-kbira tan-nisa jqattgħu parti kbira minn ħajjithom irabbu t-tfal, u f’ħafna każijiet eventwalment jispiċċaw jieħdu ħsieb qraba anzjani. Dan jirriżulta f’inqas ħin ta’ xogħol u għalhekk inqas tfaddil tad-dħul u inqas ħlasijiet ta’ NI.
Inqas paga: In-nisa għandhom it-tendenza li jitħallsu inqas mis-sess maskili.
Tkun xi tkun is-sitwazzjoni attwali, trid taħseb bil-quddiem u tippjana għal kwalunkwe eventwalità possibbli, għalhekk jekk issib ruħek f’sitwazzjoni, tkun tista’ tindirizza sfidi finanzjarji mhux mistennija, bħal spejjeż mediċi u dejn mhux mistennija.
Ħafna nisa jistgħu eventwalment ikollhom jimmaniġġjaw il-finanzi tagħhom stess f’xi punt fiż-żmien…
It-tul tal-ħajja: In-nisa normalment jgħixu ħajja itwal mill-irġiel. Jekk mara ma tkunx ħadet ħsieb il-finanzi tagħha, tkun kważi impossibbli tagħmel dan wara li jmutu dawk qrib tagħhom.
Tgħix weħedha: Id-divorzju, il-mewt tar-raġel, jew li mara tkun tgħix ħajja waħedha huma kollha realtajiet possibbli għan-nisa. Nisa li jesperjenzaw xi waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet jkollhom jieħdu d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-finanzi waħedhom.
Statistika: Studju dwar ix-xjuħija juru li r-rata ta’ faqar fin-nisa ‘l fuq minn 65 hija ħafna ogħla minn dik tal-irġiel fl-istess grupp ta’ età.
Kif tikseb indipendenza finanzjarja?
Xi drabi tista’ tkun tant maqbuda fis-sitwazzjoni li forsi lanqas biss tkun kapaċi tindika eżattament x’inhuma l-bżonnijiet tiegħek, u x’tista’ tagħmel biex tikseb l-indipendenza finanzjarja u tibda tkun fil-kontroll ta’ flusek stess.
Staqsi lilek innifsek mistoqsijiet bħal: xi rrid mill-ħajja? X’jagħmel inħossni sodisfatt? Xi rrid inwettaq? X’nagħmel l-aktar valur? X’qed nibża’ li nitlef? X’għandi bżonn biex ikolli l-paċi tal-moħħ? X’inhi l-ħolma tiegħi?
Ħu l-ħin biex twieġeb mistoqsijiet bħal dawn. Dawn jgħinuk tiddeskrivi x’deċiżjonijiet għandek bżonn tieħu qabel ma tagħmel pass ‘il quddiem. Ladarba tiddeċiedi fejn trid tmur, iddetermina x’għandek bżonn biex tgħin lilek innifsek tasal hemm. Ippjana l-vjaġġ tiegħek pass pass.
Jista’ jkollok bżonn tosserva xi wħud minn dawn il-passi:
- Ippjana baġit
- Ipprova ġemma ammont żgħir tad-dħul tiegħek ta’ kull xahar
- Oħloq u ibni kont ta’ tfaddil għal emerġenzi biss
- Investi fil-futur tiegħek billi ssib impjieg jew tistudja biex tikseb ħila jew professjoni
- Aħseb f’modi ta’ kif tista’ tikkumplimenta d-dħul kurrenti tiegħek