Share the love

Ejjew naqbżu l-fatt li dis-sena 2020 kienet waħda terribbli u niġu għall-punt. Bla dubju dis-sena laqqgħatna ma numru ta nisa kuraġġużi u t’ispirazzjoni li żejnulna s-sena bil-preżenza tagħhom. Nistgħu faċilment nibnu lista twila ta nisa Maltin t’ispirazzjoni 2020 …

Minn attiviżmu favur il-klima sa ġustizzja riproduttiva u saħħa pubblika u żagħżagħ politiċi, dis-sena li għaddiet ma naqsitx milli tlaqqagħna ma nisa versatili.

Ejjew nagħtu ħarsa lejn il-lista tagħna ta UĦUD minn nisa Maltin t’ispirazzjoni 2020…

Becs Zammit Lupi, li sfortunatament ħallietna din il-ġimgħa, swiet ta’ sors profond t’ispirazzjoni, kuraġġ u determinazzjoni.

Għalkemm irċeviet id-dijanjosi ta’ kanċer fis-snin bikrin ta’ tfulitha, Becs kompliet taħdem fl-attiviżmu b’rabta mal-klima, kif ukoll iffjorixxiet bħala artista, żeffiena u vuċi għal pazjenti żgħar bil-kanċer.

nisa Maltin t'ispirazzjoni

Fl-2019, Dr Marceline Naudi ġiet eletta bħala President tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza Kontra n-Nisa u l-Vjolenza Domestika.

Barra minn hekk, bejn is-sena 2006 u 2010, Dr Naudi serviet bħala membru u kienet ukoll iċ-ċerpersin tal-Kummissjoni fuq il-Vjolenza Domestika.

B’passat ta’ servizz lill-vittmi ta’ vjolenza domestika, Dr Naudi tkompli taħdem bla waqfien fuq il-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u protezzjoni ta dawk li jirnexxilhom jegħlbuha.

nisa Maltin t'ispirazzjoni

Dr Maria Pisani hija l-ko-fundattriċi u d-direttriċi tal-Fundazzjoni Integra. Kemm bħala tabiba, kif ukoll bħala attivista, ħadmet qatigħ għall-benesseri u aċċessibilita’ tad-drittijiet umani għal ħafna.

Integra tiffoka fuq id-drittijiet umani tal-migranti u r-refuġjati, tfal, il-komunita’ LGBTQI, vittmi ta’ vjolenza domestika u aktar. Dan kollu mmanifesta d-dedikazzjoni tagħha kemm fi trasformazzjoni soċjali, kif ukoll t’għerf fil-qasam akkademiku tagħha.

nisa Maltin t'ispirazzjoni

Prof. Isabel Stabile, OBGYN lokali u membru ta’ Doctors for Choice, kellha rwol sinifikanti fil-qasam tas-saħħa riproduttiva.

Minn insistenza għal proviżjoni tal-MAP għal stunts li fihom ikkunsmat pilloli abortivi foloz quddiem il-parlament, il-preżenza ta’ Prof Stabile tirrifletti forza liema bħalha!

nisa Maltin t'ispirazzjoni

Ħafna jista’ jkun li jiftakru lil Eve Borg Bonello mid-diskors inkredibbli tagħha waqt il-protesta favur il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Illum il-ġurnata Eve Borg Bonello ġiet appuntata bħala president tal-PN teen wing “Team Start” ta’ l-eta’ tenera ta’ sbatax-il sena.

Prof Charmaine Gauci

M’hemmx xi ngħidu, ir-reputazzjoni ta’ Prof Charmaine Gauci jafha kulħadd. Hi kellha rwol enormi fil-mod li bih imxejna bħala poplu fil-konfront tal-pandemija Covid-19.

Bħala s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Prof Charmaine Gauci kienet t’ispirazzjoni għal kulħadd, fejn kontinwament aġixxiet b’kuraġġ u b’kapaċita’ kbira.

nisa Maltin t'ispirazzjoni

Fis-sena 2020, il-kontestanta Miss World Malta Martha Attard irnexxielha xxejjen razzisti lokali hekk kif ipprovaw joħolqu dubju dwar in-nazzjonalita’ tagħha.

B’determinazzjoni kbira irnexxielha tegħleb l-injoranza li pprovat toħnoqha billi wieġbet b’kuraġġ u kunfidenza liema bħalha, “Il-kummenti tagħkom tawni aktar saħħa. Naf li tant għandi karattru mimli kuraġġ li l-mibegħda tagħkom mhux se twaqqagħni l-isfel. Imxejt wisq il-quddiem biex inħalli kollox warajja”.

inspirational women 2020

Bħala attivisti fi grupp li jiffoka dwar il-ġustizzja riproduttiva, Young Progressive Beings kontinwament baqgħu jidhru kull fejn inħass il-bżonn ta’ aċċess għad-drittijiet sesswali u riproduttivi.

Eżempju sinifikanti kien l-avveniment ta’ din il-ġimgħa fejn mara f’Malta tteħdilha l-passaport tagħha fuq kliem li qal l-ex tagħha meta ssuġġerixxa li setgħet kienet se tmur tagħmel abort barra minn Malta. YPB intefgħu quddiem il-qorti u talbu li l-passaport tagħha jingħata lura sakemm dan seħħ.

nisa Maltin t'ispirazzjoni

L-avukata u attivista Maltija Dr Lara Dimitrijevic hija renomata għax-xogħol tagħha favur il-vittmi ta’ vjolenza domestika, kif ukoll għall-irwol tagħha fl-legalizzar tal-MAP.

Fis-sena 2020 irrappreżentat ukoll numru ta’ vittmi ta’ vjolenza domestika bis-saħħa tal-organizzazzjoni tagħha Women’s Rights Foundation, fejn dejjem tipprijoritizza dak li hu tajjeb fuq il-valur monetarju.

nisa Maltin t'ispirazzjoni

Dr Chiara Frendo Balzan kienet sors t’ispirazzjoni fil-qasam mediku kif ukoll fil-kompassjoni u nuqqas ta’ ġudikar fl-aġir tagħha.

Bħala tabiba tieħu l-ħin neċessarju biex tisma’ lill-pazjenti tagħha u tispjega b’mod ċar…xi ħaġa li hi apprezzata ferm mill-pazjenti tagħha. Hi kontinwament tgħin nisa u saħansitra twieġeb mistoqsijiet regolarment fuq il-pjattaforma ta’ Facebook fil-grupp Women for Women (Malta).


Għandek xi lista ta’ nisa Maltin t’ispirazzjoni li tixtieq taqsam magħna? Ikkuntattjana billi tibgħatilna imejl fuq [email protected]


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *