Share the love

sex app

Għal sekli sħaħ ir-riċerka wriet żbilanċ favur l-irġiel, li ħoloq nuqqas ta’ għarfien dwar is-saħħa tan-nisa. Ir-riċerka fil-ġurnata tal-lum turi li nofs l-ammont tal-irġiel u n-nisa li sar l-istudju fuqhom fl-Ingilterra kellhom nuqqas kbir fit-tagħrif u l-għarfien tal-funzjoni tal-vaġina. Dan in-nuqqas iffurmat minn perċezzjoni fqira tal-pjaċir femminili li jiġi mill-pornografija.

Minħabba dan żewġ żgħażagħ iddeċidew li jbiddlu n-narrativa dwar is-saħħa sesswali tan-nisa. Quinlan ta’ 29 sena u Hushlak ta’ 31 sena introduċew app ta’ sess b’għarfien li tuża teknika bħal terapija ta’ mġieba biex tgħin lil dawk li jużaw l-app jesploraw ġisimhom u jaraw x’jaħdem fuqhom.

Ferly jindirizza lin-nisa li għandhom diffikultajiet sesswali bħal libido baxx, ansjeta sesswali, nuqqas ta’ fiduċja fihom infushom, inkapaċita’ ta’ orgażmu jew uġigħ waqt is-sess. Hija ukoll app addattata għal dawk in-nisa li jridu jiskopru aktar dwar is-sesswalita’ tagħhom.

Dawk li jkunu ser jużaw l-app għall-ewwel darba jiġu mitluba jimlew kwestjonarju dwar dak li l-fondaturi jiddeskrivu bħala t-tlett kolonni tas-saħħa sesswali: il-pjaċir, il-kunfidenza fil-persuna u s-saħħa. L-app tiggwida lil min jużaha biex jagħmel “mappa tal-ġisem” billi jesplora lilu nnifsu u toffrilu wkoll librerija audio ta’ stejjer erotiċi u gwida ta’ prattika biex jippruvhom waħdu jew mas-sieħeb/sieħba.

Għal għarfien aktar fattwali, gwidi fuq stil “podcast” jgħinu lil persuna tesplora l-anatomija ginekoloġika u tiggwidha biex tiffaċċja kliem negattiv fuq il-ġisem tagħha. Quinlan jgħid li jridu jibdew id-diskussjoni dwar is-sess u l-pjaċir sesswali tal-mara bl-istess mod kif apps bħal Calm u Headspace għamlu dan għas-saħħa mentali.

Nofs in-nisa esperjenzaw xi diffikulta sesswali f’din l-aħħar sena, Quinlan jgħid. “Dan imbagħad jaffettwa kull aspett tal-ħajja tagħhom”, “In-nies ma jagħtux prijorita’ lis-sess jew lis-sesswalita’ tagħhom għaliex dan jinħass bħala piż jew xi ħaġa tossika. Qisu hemm kliem li ma jistax jingħad”, jgħid Quinlan.

Din hija missjoni personali sew għal Quinlan kif ukoll għal Hushlak li huma t-tnejn irkupraw wara abbuż sesswali.

Ferly jinsab fuq l-Apple Store u dalwaqt se jkun ukoll disponibbli fuq l-Android. Aqra aktar dwar il-Ferly App hawn.

Tista ssib l-artiklu oriġinali hawn.


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *