Regolarment naqra kummenti fuq Women for Women (Malta) li jistaqsu, “Fejn huma l-irġiel it-tajba?” “Hija possiblita’ li xi ħadd minn tletin sena l-fuq jirnexxilu jsib relazzjoni mhux għas-sess biss?” “Qed ngħaddi minn naqra żmien ħażin u qisni ma nistax nara tama fi-relazzjonijiet” “Il-ħajja tal-imħabba tiegħi qatt ma kienet waħda tajba minħabba t-trawma psikoloġika profonda li kelli wara relazzjoni abbużiva” “Kif nista nerġa nafda?”
Fix-xogħol tiegħi niltaqa’ ma ħafna nies li jkunu qed jitilfu t-tama li jiltaqgħu mal-persuna ideali għalihom.
Maż-żmien tgħallimt li dawn in-nies mhumiex qed ikunu inqas realistiċi jew persuni romantiċi żżejjed li ma jkunu tgħallmu xejn mill-passat tagħhom.
Anzi bil-kontra, ħafna minnhom ikunu għaddew żmien fuq ħafna ‘dating apps’, qraw ħafna kotba u artikli dwar kif jistgħu itejbu lilhom infushom u saħansitra fittxew pariri minn familjari u ħbieb li jistgħu jafdaw. Imma donnu l-‘happily-ever-after’ f’relazzjoni twila hija elużiva.
X’inhuma l-kunċetti mhux realistiċi relatati mar-romantiċiżmu li għandna bżonn nibdlu?
Relazzjonijiet li jdumu se jkunu eċitanti u perfetti għall dejjem: Ir-romantiċiżmu jgħidilna li dawk il-friefet li nħossu fil-bidu ta’ relazzjoni qatt mhu se jieqfu. Ħa jkollna sess tajjeb regolarment u l-istess passjoni lejn xulxin sakemm il-mewt tisseparana. B’hekk meta r-responsabbilitjiet tat-tfal, tal-annimali, tal-familja u tal-flus jibdew jitqalu, inħossuna qisna fallejna fir-relazzjoni u li m’aħniex tajbin biżżejjed għal xulxin. Agħar minn hekk, ir-romantiċiżmu għaqqad is-sess u l-imħabba flimkien u għamel is-sess l-espressjoni ewlenija tal-imħabba. B’hekk meta jibda jkun hemm problemi fis-sess, il-persuni jistgħu iħossuhom devastanti u katastrofiċi.
L-imħabba vera tinvolvi sagrifiċċju personali f’ kull aspett: il-kunċett tar-romantiċiżmu jinsisti li biex tħobb għandek bżonn tinsa lilek innifsek kompletament u tagħti l-enerġija, l-affezzjoni u l-ħin KOLLU tiegħek. Li tikber personalment, il-passatempi, l-istriħar u l-ħtiġijiet personali m’humiex importanti. Il-koppja u l-familja għandhom dejjem, dejjem, jiġu l-ewwel. Dan il-kunċett huwa mfixkel. Sakemm inħallu ħin għall-kura personali u naraw il-ħtiġijiet tagħna regolarment, ir-relazzjoni tagħna tista’ tiġi mrażżna. Ejja ma nistennewx mill-ġenituri l-affarijiet li nistgħu nagħmlu aħna stess għalina nfusna.
L-emozzjonijiet tiegħek għandhom jigwidawk fl-għażla għas-sieħeb jew sieħba: Ir-romantiċiżmu jemmen li l-għażla tas-sieħeb għandha tiġi ggwidata mill-emozjonijiet u mill-‘chemistry’. B’hekk irridu nisimgħu minn qalbna mhux minn moħħna. Imma, ir-riċerka tindika li aħna nsiru nħobbu nies li jistgħu jirrelataw magħna b’ ‘modi familjari’. Fir-relazzjonijiet adulti għandna drawwa li nerġgħu noħolqu l-konnessjoni li konna drajna biha meta konna żgħar. Biex nagħżlu sieħeb tajjeb, għandna bżonn naħdmu u nesploraw ir-raġuni għala dejjem niġu attratti lejn nies simili ħafna. Irridu naraw ukoll jekk is-sieħeb tagħna jgħiniex nikbru, jissapportjaniex u jgħiniex insiru bnedmin aħjar.
Anna Catania (MCouns PG Dip fit-Terapija dwar il-Psikosesswalita’ u r-Relazzjonijiet. Anna hija ‘counsellor’ specjalizzata fuq is-sesswalita’ u r-relazzjonijiet. Hija tipprovdi pariri lill-individwi u koppji li qed jesperjenzaw problemi bis-sesswalita’, relazzjonijiet u intimita’.
Għal aktar informazzjoni dwar Anna kif ukoll lista ta’ artikli miktuba minnha fuq Wham agħfas hawn