#metooMalta: Ir-Realta’ ta’ Attakki Sesswali u Stupru fuq in-Nisa u Tfajliet Maltin
Twissija ta’ kontenut dwar attakki sesswali u stupru. Meta l-amministratriċi ta’ Women for Women Francesca Fenech Conti qasmet esperjenza ta’ attakk sesswali fuq il-grupp tagħha ta’ Facebook, żgur li ma kellhiex idea li kienet ħa tinħoloq tsunami ta’ messaġġi anonimi minn uħud mill-35,000 nisa membri f’ dan il-grupp. B’ tagging ta’ #metooMalta u #ibelieveyou, messaġġi anonimi dwar fastidju sesswali, esponenza indiċenti, attakki sesswali u stupru bdew deħlin kontinwament f’ dawn l-aħħar 3 ijiem. Aktar u aktar nisa qed jagħmlu kuraġġ u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar l-abbuż sesswali li għaddew minnu fil-passat, b’ ammont sostanzjali ta’ nisa li tkellmu dwar dan għall-ewwel darba f’ ħajjithom. “QattRead More…