Emily Galea (Page 2)

Emily Galea hija awtriċi u femminista attivista f' Malta. Emily hija l-Viċi-President tal-'Young Progressive Beings', 'Project Co-Lead' tal-kampanja 'Dear Decision Makers, u bħalissa qed issegwi Masters fil-"Gender, Society & Culture' fl-Universita' ta' Malta.

pro-choice activists malta

Ma niftakarx eżatt il-punt li fih sirt ‘pro-choice’, iżda niftakar meta ġejt konxja tal-pożizzjoni tiegħi bħala mara. Niftakar sitwazzjonijiet ta’ sesswalizzazzjoni sa minn kmieni ħafna fil-ħajja. Ta’ 9 snin niftakarni nimpika miegħi innifsi biex inġorr 6 siġġijiet f’daqqa bil-frustrazzjoni li ħassejt fija meta xi ħadd qalli li ‘subien b’saħħithom’ biss jistgħu iġorru s-siġġijiet. Ta’ 11-il sena jien u miexja biex naqbad tal-linja niftakar xufier ta’ trakk ipaqpaqli u jgħajjatli ‘sex’…l-ewwel minn ħafna episodji simili. Ta’ 19-il sena ġejt imsejħa ‘tomboy’ f”interview għal xogħol minħabba li m’aċċettajtx li nagħmel il-‘makeup’ u nilbes it-takkuna għax-xogħol. Kien hemm ħafn’ aktar sitwazzjonijiet simili li ma kienx ikun denju liRead More…