Qatt M’hu Tard Biex Terġa Tibda Tistudja!
Nisa jirritornaw lejn l-istudju: Vjaġġ ta’ trasformazzjoni u skoperta personali… Qatt ikkunsidrajt il-possibilta’ li terġa tibda tistudja? Forsi m’intix ċerta jekk l-esperjenza ta’ kulleġġ jew universita’ ‘full-time’ hix tajba għalik? Qatt ikkunsidrajt tapplika għal kors iddisinjat biex jaddatta madwar ir-responsabbiltajiet u l-impenji li diġa’ għandek? Kors bl-għan li jgħinek ittejjeb il-kapaċitajiet tal-ħajja li diġa’ għandek? Kollha kemm aħna smajna bit-terminoloġija ‘lifelong learning’, imma min minna jista’ verament jifhem xi jrid ifisser dan il-kunċett? Dan il-kliem narawh ta’ spiss fuq il-medja soċjali: jinstema’ fl-aħbarijiet ewlenin u jidher bħala lingwaġġ edukattiv. Imma xi jfisser għalik u għalija? Nisimgħu b’ ħafna definizzjonijiet li ta’ spiss iwasslu għal konfużjoniRead More…