Nisa fil-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali – L-inegwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa
In-nisa qed jitqabdu battalja l-ħin kollu. Matul is-snin, it-taqbida tagħna issawwret madwar aspetti soċjali varji; minn ġlieda għad-dritt tal-vot, għat-taqbida kontra d-diskriminazzjoni, vjolenza u femminiċidju; sa taqbid soċjali, inkluż id-dritt għall-ħlas ugwali bħall-irġiel għal xogħol tal-istess valur u rappreżentazzjoni ugwali f’bordijiet, fil-Parlament u f’pożizzjonijiet ewlenin ta’ tmexxija. Wieħed mill-pilastri tal-Agenda tan-Nazzjonijiet Uniti huwa l-ġlieda kontra l-faqar. Ma nistgħux ma nagħrfux l-avvanz sew lokali u internazzjonali meta nqisu l-kwalita’ tal-ħajja, imma xorta hija realta’ li għad hawn nies li qegħdin viċin il-marġni tal-linja tal-poverta’ u li f’xi każi, in-nisa huma aktar propensi lejn il-faqar. Kien rappurtat min Nazzjonijiet Uniti fl-2015, li n-nisa kienu l-aktar esposti għall-faqarRead More…