Żagħżugħa Tiftaħ Qalbha Dwar Biża’ Mis-Sena Skolastika Li Jmiss
Tul it-tfulija tiegħi dejjem żammejt f’moħħi li ż-żmien li kelli nqatta’ nitgħallem l-iskola kien se jinkludi 6 snin primarja, sentejn ‘middle school‘, tlett snin sekondarja, u wara, dejjem skond l-għażla li nkun se nagħmel, sentejn oħra post-sekondarja, segwiti minn snin l-Universita’. Għadni kemm għalaqt 13-il sena u wasalt biex nibda nattendi l-iskola sekondarja, iżda ma nħossnix daqshekk eċitata li ħa nibda nattendi skola ġdida bħal ma kont inħossni t’għaxar snin, speċjalment minħabba l-fatt li prattikament spiċċajt tlift sentejn skola. Meta l-pandemija tal-COVID-19 resqet lejn xtutna, bdejt nistudja mid-dar. Waqt dik is-sena skolastika, li għalija kienet Year 7, ġejna pprovduti b’lezzjonijiet onlajn permezz ta’ Zoom jewRead More…