Aħbarijiet (Page 2)

ectopic pregnancy malta

Tqala ektopika hija tqala li tiġi mpjantata barra l-utru, ħafna drabi fit-tubi fallopjani. Fil-maġġoranza tal-każi, l-embrijun ikun assenti jew mhux vijabbli, iżda xorta waħda każi hekk jistgħu ikunu fatali jekk ma jiġux trattati. Fl-Ingilterra, l-inċidenza ta’ tqaliet ektopiċi hija ta’ 11/1000 tqala. Il-Ġinekoloġisti f’Malta ġeneralment jużaw il-prinċipju ta’ l-effett doppju fejn tidħol l-etika, bħala ‘loophole’ legali, biex jitrattaw dan it-tip ta’ każi. Dan jagħmluh billi jneħħu t-tubu fallopjan permezz tal-kirurġija biex isalvaw il-ħajja ta’ l-omm, li indirettament jikkawża terminazzjoni tat-tqala. Madankollu, f’każi partikolari (eżempju meta t-tqala ektopika ma tkunx ‘unruptured’, meta jkun hemm ammont baxx t’ormoni HCG, u fejn ma jkunx hemm uġiegħ sinifikanti), linjiRead More…

Filigree Women for Women

Minn dejjem kienet għal qalbi l-filigrana, u għalhekk meta Dr. Joanna Delia ikkuntattjatni bi pjan għal kollaborazzjoni u bejgħ ta’ ġojjellerija filigrana għal ġbir ta’ fondi b’risq il-Women for Women Foundation u l-Women’s Rights Foundation aċċettajt mill-ewwel. Ċans ieħor sabiex nikkollabora ma Joanna u nisa oħra b’għanijiet simili għal ġbir ta’ fondi. Ħadt gost aktar meta Dr Joanna Delia qaltli li l-pendenti l-ġodda kienu se jirrappreżentaw il-vaġina tal-mara. B’affezzjoni kbira laqqamthom ‘Pussy Pendants’ filwaqt li Joanna sejħitilhom ‘Weewees’. Dawn il-‘Weewees’ jew ‘Pussy Pendants‘ huma ddisinjati bl-idejn minn artist professjonali fil-filigrana u l-ħadid, Kevin Attard. Kevin ilu jagħmel xogħol fin bl-idejn għal aktar minn 33 sena.Read More…

pro-choice activists malta

Ma niftakarx eżatt il-punt li fih sirt ‘pro-choice’, iżda niftakar meta ġejt konxja tal-pożizzjoni tiegħi bħala mara. Niftakar sitwazzjonijiet ta’ sesswalizzazzjoni sa minn kmieni ħafna fil-ħajja. Ta’ 9 snin niftakarni nimpika miegħi innifsi biex inġorr 6 siġġijiet f’daqqa bil-frustrazzjoni li ħassejt fija meta xi ħadd qalli li ‘subien b’saħħithom’ biss jistgħu iġorru s-siġġijiet. Ta’ 11-il sena jien u miexja biex naqbad tal-linja niftakar xufier ta’ trakk ipaqpaqli u jgħajjatli ‘sex’…l-ewwel minn ħafna episodji simili. Ta’ 19-il sena ġejt imsejħa ‘tomboy’ f”interview għal xogħol minħabba li m’aċċettajtx li nagħmel il-‘makeup’ u nilbes it-takkuna għax-xogħol. Kien hemm ħafn’ aktar sitwazzjonijiet simili li ma kienx ikun denju liRead More…

baby loss awareness week

‘Baby Loss Awareness Week’ huwa avveniment annwali li jfakkar lil dawk it-trabi li tilfu ħajjithom waqt it-tqala jew eżatt wara t-twelid. Dan l-avveniment jinkludi l-ommijiet, il-‘partners’, il-membri tal-familja u l-ħbieb. Matul din il-ġimgħa, aktar minn 90 grupp ta’ karita’ jingħaqdu flimkien biex jiddiskutu kwistjonijiet importanti  li jaffaċċjaw dawk l-individwi li jkunu tilfu tarbija, bl-għan aħħari jkun biex jgħinhom iħossuhom inqas iżolati u weħidhom. Jekk inti tlift tarbija jew ġejt mogħtija l-aħbar li qed tistenna l-mewta, nissimpatizzaw miegħek f’dan il-mument diffiċli. Hawn taħt għandek issib xi servizzi li tista’ tagħmel użu minnhom, kif ukoll xi affarijiet li tista’ tagħmel biex tfakkar it-tifkira ta’ l-anġlu żgħir tiegħek,Read More…

women rights foundation

Il-ħsieb li aħna n-nisa Maltin m’għandna l-ebda dritt fuq ġisimna ġie aktar evidenti wara li l-qrati f’Malta, hekk kif ġie rrappurtat fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Women’s Rights Foundation’, waqqfu mara milli ssiefer għax l-għarus tagħha allega li kienet se ssiefer biex tagħmel abort – u dan m’huwa vera xejn! Il-fatt li l-qrati aġixxew fuq dak li ġie allegat u dlonk neħħewlha d-dritt tal-liberta’ tal-moviment, huwa bla raġuni, perikoluż u jistabbilixxi preċedent tal-biża’. Dan ifisser li jekk jien nissuspetta li xi ħadd qed jagħmel xi ħaġa, nista’ kemm immur għand il-pulizija u ngħidilhom li eżempju, Joe Bloggs għandu jiġi miżmum għax jien ċerta li se jmurRead More…

europa donna malta

‘Europa Donna Malta’ huwa grupp li jippromwovi u jissapportja lil dawk l-indiviwi li qed jiġġieldu l-kanċer tas-sider, u l-membri jinkludu pazjenti, sopravissuti u membri tal-familji tagħhom. Ilna nissapportjaw kemm nisa kif ukoll irġiel għal dawn l-aħħar 30 sena. Meta persuna tingħata dijanjosi tal-kanċer tas-sider, ikollha bżonn is-sapport waqt il-vjaġġ speċjalment wara xi operazzjoni u trattament. Hawnhekk jidħol il-grupp ‘Europa Donna Malta’. Aħna noffru konsultazzjonijiet minn konsulenti professjonali, kif ukoll norganizzaw sezzjonijiet fi gruppi fejn il-membri jkunu jistgħu jaqsmu l-istejjer u l-esperjenzi tagħhom ma’ xulxin. Aħna norganizzaw lekċers għall-professjonisti tas-saħħa kif ukoll għall-pubbliku ġenerali biex inqajmu kuxjenza. Is-servizzi tagħna huma kollha b’xejn u huma organizzati minnRead More…

Doctors for Choice Malta, Women’s Rights Foundation u Women for Women bi pjaċir iħabbru t-tnegħid ta’ inizjattiva konġunta: il-Family Planning Advisory Service (FPAS) Malta. FPAS huwa l-ewwel helpline u servizz t’ informazzjoni hawn Malta li jirrispetta l-għażla ta’ kull persuna li tagħmel l-aħjar deċiżjoni għas-saħħa riproduttiva tagħha. Is-servizz huwa pprovdut minn voluntiera mħarrġa, bis-sapport ta’ professjonisti mediċi u soċjali.  It-telefonati huma bla ħlas.  Permezz ta’ dan is-servizz, persuni li jagħmlu kuntatt magħna ħa jirċievu informazzjoni rriċerkata fuq is-saħħa riproduttiva tagħhom u l-għażliet li jistgħu jagħmlu, inkluż informazzjoni fuq kif taċċessa abort sigur u kontraċettivi.  Il-voluntiera ta’ FPAS huma kollha favur l-għażla u jistgħu jgħinu lilRead More…

bizzilla

X’jigi f’moħħok meta taħseb fuq il-bizzilla Maltija? Forsi kont tara lil bużnanna tiegħek taħdem il-bizzilla meta kont tifel jew tifla, forsi tisma’ stejjer dwar minn fejn ġew it-tvalji l-iktar apprezzati ta’ ommok, memorji ta’ min ifassal id-disinji f’Għawdex li jbigħu l-prodotti tal-bizzilla tagħhom jew ritratti ta’ rjali Ingliżi lebsin il-bizzilla tagħna. Għalkemm it-tfassil tal-bizzilla qiegħed ftit ftit jgħib fl-istorja kulturali tagħna, aħna lkoll għandna xi storja jew xi esperjenza relatata. Is-servizz SOAR tal-Fondazzjoni St Jeanne Antide nieda proġett fl-aħħar tal-2019 imsejjaħ A Stitch in Time, biex jiġbor in-nisa, speċjalment nisa li affaċċjaw ċirkostanzi diffiċli tal-ħajja bħal faqar, dipressjoni u vjolenza domestika. B’kollaborazzjoni ma’ Ħajja, intrapriżaRead More…