Nisa (Page 6)

romantic expectations

Regolarment naqra kummenti fuq Women for Women (Malta) li jistaqsu, “Fejn huma l-irġiel it-tajba?” “Hija possiblita’ li xi ħadd minn tletin sena l-fuq jirnexxilu jsib relazzjoni mhux għas-sess biss?” “Qed ngħaddi minn naqra żmien ħażin u qisni ma nistax nara tama fi-relazzjonijiet” “Il-ħajja tal-imħabba tiegħi qatt ma kienet waħda tajba minħabba t-trawma psikoloġika profonda li kelli wara relazzjoni abbużiva” “Kif nista nerġa nafda?” Fix-xogħol tiegħi niltaqa’ ma ħafna nies li jkunu qed jitilfu t-tama li jiltaqgħu mal-persuna ideali għalihom. Maż-żmien tgħallimt li dawn in-nies mhumiex qed ikunu inqas realistiċi jew persuni romantiċi żżejjed li ma jkunu tgħallmu xejn mill-passat tagħhom. Anzi bil-kontra, ħafna minnhom ikunuRead More…

Krystle Penza Mvintage

Dejjem ammirajt ‘trail blazers’ u nisa li jiksbu suċċess f’żoni jew negozji ddominati mill-irġiel. Ovjament il-mara wara l-‘brand’ ta’ Mvintage m’hija l-ebda eċċezzjoni, u għalhekk xtaqt insir naf aktar dwar Krystle Penza: il-mara wara din il-‘brand’ Maltija. Li toħloq ‘brand’ mhix xi ħaġa ħafifa, anzi tirrikjedi dedikazzjoni, viżjoni, determinazzjoni u kapaċita’ b’saħħitha għal teħid ta’ deċiżjonijiet relatati man-negozju. Meta ltqajt ma Krystle Penza ħassni qisni qed niltaqa’ ma’ idolu tiegħi: kelli għajnejja jixegħlu bl-ammirazzjoni li esperjenzajt f’ dak il-mument. Poġġejna fil-kafetterija ta’ Mvintage fil-maħżen ewlieni tagħhom fl-Iklin. Ħassejtni qisni ltqajt ma’ ikona lokali, imma fl-istess ħin ma’ ħabiba li donni kont tlift snin ilu. DlonkRead More…

neil agius swimmer

“Ipprattikajna l-meditazzjoni flimkien, u ‘mantras’ li bħala koppja ftehmna li nużaw waqt l-għawma ta’ Neil. Kelma, frażi, li kont ngħajjatlu waqt l-għawma tiegħu li kienet tfisser ħafna għat-tnejn li aħna. Mument li kien jieħdu f’’post’ li konna diġa’ esperjenzajna flimkien”. “Emmint li l-baħar u l-annimali tal-baħar kienu se jipproteġu l-Neil” Lara Vella Lara Vella hija kampjonessa tal-għawm kif ukoll is-sieħba tal-attivist kontra t-tniġġis – Neil Agius. Riċentament Neil għam minn Sqallija sa Malta f’ħin rekord ta’ 28 siegħa, 7 minuti u 28 sekonda. Daniela Allen tkellmet ma’ Lara dwar l-esperjenza tagħha waqt l-għawma epika ta’ Neil li seħħet f’Ġunju tas-sena 2020, u s-sapport kontinwu tagħhaRead More…

Riċentament aħna ta’ Wham kellimna lis-sid tal-esebizzjoni tal-arti Christine Xuereb biex niksbu aktar informazzjoni dwar ix-xogħol interessanti li qed taħdem fuqu bħalissa… Min dejjem kont interessata fl-arti – l-eqdem memorja li għandi hija tiegħi nnifsi npenġi xi tpenġijiet għal sħabi tal-klassi. Is-suġġetti li kont immur l-aħjar fihom kienu jkunu dejjem l-arti u l-matematika – u għalkemm inizzjalment il-pjan tiegħi kien li nsir perit, id-deċizjonijiet li ħadt f’ħajti wassluni biex nieħu l-arti bħala s-suġġett ewlieni tiegħi. Eventwalment, bdejt nattendi wkoll il-lezzjonijiet tal-Istorja tal-Arti u Antropoloġija l-Università. Minħabba nuqqas ta’ memorja kif ukoll in-nuqqas ta’ nteress li kelli fl-Istorja tal-Arti ta’ qabel iż-żminijiet moderni, kont bdejt infellaq.Read More…

Doctors for Choice Malta, Women’s Rights Foundation u Women for Women bi pjaċir iħabbru t-tnegħid ta’ inizjattiva konġunta: il-Family Planning Advisory Service (FPAS) Malta. FPAS huwa l-ewwel helpline u servizz t’ informazzjoni hawn Malta li jirrispetta l-għażla ta’ kull persuna li tagħmel l-aħjar deċiżjoni għas-saħħa riproduttiva tagħha. Is-servizz huwa pprovdut minn voluntiera mħarrġa, bis-sapport ta’ professjonisti mediċi u soċjali.  It-telefonati huma bla ħlas.  Permezz ta’ dan is-servizz, persuni li jagħmlu kuntatt magħna ħa jirċievu informazzjoni rriċerkata fuq is-saħħa riproduttiva tagħhom u l-għażliet li jistgħu jagħmlu, inkluż informazzjoni fuq kif taċċessa abort sigur u kontraċettivi.  Il-voluntiera ta’ FPAS huma kollha favur l-għażla u jistgħu jgħinu lilRead More…

sophie bonello du puis

Sophie għadha kemm iggradwat bħala Gestalt Psychotherapist u ġibditilna l-attenzjoni għax tirrappreżenta l-mara Maltija moderna: kunfidenti, kapaċi tinfluwenza, tagħti ispirazzjoni, hija brillanti kif ukoll indipendenti, bħal ma tgħid Annie Lennox “li tagħmel għaliha nnifisha”. Fittixniha biex insiru nafuha aħjar. Għidilna ftit dwarek ….kemm għandek żmien? X’ aspirazzjonijiet għandek u xi tħobb tagħmel l-aktar? Jien għandi 27 sena u dejjem xtaqt naħdem bħala psikoterapista. Il-ħolma tiegħi hija li niftaħ klinika privata li tkun tiegħi biss, spazju li joffri sigurta’, appoġġ, konsolazzjoni u trankwillita’ għal kull min ifittex l-għajnuna. Nixtieq li jkun hemm ukoll xi żewġt ikmamar żejda biex b’ hekk dawk it-terapisti li qed jieħdu taħriġRead More…

bizzilla

X’jigi f’moħħok meta taħseb fuq il-bizzilla Maltija? Forsi kont tara lil bużnanna tiegħek taħdem il-bizzilla meta kont tifel jew tifla, forsi tisma’ stejjer dwar minn fejn ġew it-tvalji l-iktar apprezzati ta’ ommok, memorji ta’ min ifassal id-disinji f’Għawdex li jbigħu l-prodotti tal-bizzilla tagħhom jew ritratti ta’ rjali Ingliżi lebsin il-bizzilla tagħna. Għalkemm it-tfassil tal-bizzilla qiegħed ftit ftit jgħib fl-istorja kulturali tagħna, aħna lkoll għandna xi storja jew xi esperjenza relatata. Is-servizz SOAR tal-Fondazzjoni St Jeanne Antide nieda proġett fl-aħħar tal-2019 imsejjaħ A Stitch in Time, biex jiġbor in-nisa, speċjalment nisa li affaċċjaw ċirkostanzi diffiċli tal-ħajja bħal faqar, dipressjoni u vjolenza domestika. B’kollaborazzjoni ma’ Ħajja, intrapriżaRead More…

app għas sess

Għal sekli sħaħ ir-riċerka wriet żbilanċ favur l-irġiel, li ħoloq nuqqas ta’ għarfien dwar is-saħħa tan-nisa. Ir-riċerka fil-ġurnata tal-lum turi li nofs l-ammont tal-irġiel u n-nisa li sar l-istudju fuqhom fl-Ingilterra kellhom nuqqas kbir fit-tagħrif u l-għarfien tal-funzjoni tal-vaġina. Dan in-nuqqas iffurmat minn perċezzjoni fqira tal-pjaċir femminili li jiġi mill-pornografija. Minħabba dan żewġ żgħażagħ iddeċidew li jbiddlu n-narrativa dwar is-saħħa sesswali tan-nisa. Quinlan ta’ 29 sena u Hushlak ta’ 31 sena introduċew app ta’ sess b’għarfien li tuża teknika bħal terapija ta’ mġieba biex tgħin lil dawk li jużaw l-app jesploraw ġisimhom u jaraw x’jaħdem fuqhom. Ferly jindirizza lin-nisa li għandhom diffikultajiet sesswali bħal libidoRead More…

confidence is sexy

Riċentament kont qed naqra kummenti nteressanti ħafna fuq Facebook fil-grupp Women for Women dwar kif aħna bħala nisa nistgħu inkunu aktar sexy. Stajt nara diversi kummenti bħal “jiena goofball”, “l-idea biss li nipprova nkun sexy ġġagħlni nitqalla”, u “kun kuntenta b’ dak li int”, “kollha kemm aħna għandna kapaċita’ nkunu sexy bil-mod uniku tagħna”. Bħala tfajliet żgħar tgħallimna nassoċjaw il-kelma ‘sexy’ ma’ fatturi relatati mad-dehra tagħna – kif nidhru fiżikament, il-ħwejjeġ li nilbsu, il-‘makeup’ li nagħmlu, kemm aħna rqaq. Kultant nibdew naħsbu li jekk ma nidhrux bħal dawk il-mudelli li jidhru fuq rivisti tan-nisa ma nistgħu qatt inkunu tajbin biżżejjed. Madankollu r-riċerka turi li l-kunfidenzaRead More…

financial independence

Indipendenza finanzjarja tfisser li jkollok kontroll assolut fuq il-finanzi tiegħek. Tista tieħu deċiżjonijiet mingħajr il-bżonn li tiddependi fuq ħaddieħor biex jiddeċiedi għalik. Meta tkun finanzjarjament indipendenti tkun tista tissapportja lilek innifsek finanzjarjament. Dan tista tagħmlu mill-qligħ tal-paga ta’ l-impjieg tiegħek, tfaddil u investimenti, mingħajr il-bżonn li tiddependi fuq għajnuna mill-istat, familja, ħbieb jew assistenza soċjali. Fortunatament, jekk ikollok ftit informazzjoni bażika dwar kif għandek tieħu ħsieb flusek u kif tieħu deċiżjonijiet addattati għas-sitwazzjoni tiegħek, tista faċilment tikseb indipendenza finanzjarja. Min ikollu indipendenza finanzjarja jkun jista jippjana għal futur li dejjem ħolom li jkollu. Għal kuntrarju, min sfortunatament ma jkollux dan jista biss jittama li forsiRead More…