Relazzjonijiet

experiencing loss and grief

It-telfa u n-niket li nistgħu nesperjenzaw f’relazzjoni intima tagħna kapaċi jkunu diffiċli ferm. Li ttemm relazzjoni intima hija difficli, anke meta nkunu aħna stess li nieħdu din id-deċiżjoni. It-telfa tal-preżenza fiżika tal-persuna, it-telfa tar-rutina, it-telfa tal-esperjenzi flimkien u wkoll xi kultant, it-telfa ta’ memorji sbieħ… Ħafna drabi meta nitilfu persuna li kienet importanti f’ħajjitna nistgħu ninsew il-problemi u d-diffikultajiet li wassluna għal dik d-deċiżjoni u niffukaw fuq dak li kien tajjeb biss. Għall-ewwel jiem, ġimgħat u anke xhur wara s-separazzjoni, nistgħu nesperjenzaw bħal donnu vojt ġewwa fina, jew toqol u dell tqil li jsegwina kull fejn immorru. It-telfa twassal għal uġiegħ emozzjonali u għalhekk huwaRead More…

anorgasmia

Anorgażmija hija l-kelma relatata mal-inabbilta’ li tilħaq l-orgażmu waqt is-sess jew stimulazzjoni sesswali. Xi kultant nużaw il-frazi “ma rnexxielix niġi” jew “ma naħsibx li orgażmajt” wara attivita’ sesswali mas-sieħeb jew sieħba tagħna. Fl-esperjenza klinika tiegħi, in-nisa jesperjenzaw distress meta ma jorgażmawx minħabba l-biża’ li għandhom xi ħaġa ħażina jew li ġisimhom ma jkunx qed jiffunzjona sew. Madankollu, studju riċenti jindika li fil-maġġoranza tal-każi ta’ anorgażmija, il-problema ma tkunx waħda bijoloġika. Dan l-istudju jindika li r-raġunijiet li persuna ma torgażmax huma varji u jistgħu jinkludu stress u ansjeta’, nuqqas ta’ ħin allokat għal pjaċir waqt is-sess, mistħija u problemi relatati ma ‘body image’, nuqqas ta’ tqanqilRead More…

feminist relationship relazzjoni femminista

Xi jfisser li jkollok partner femminist? Id-definizzjoni tal-kelma femminiżmu hija: il-promozzjoni tad-drittijiet tal-mara biex tinħoloq ugwaljanza bejn is-sessi. Għalhekk, li tkun f’relazzjoni femminista jfisser li l-partner tiegħek jemmen fil-prinċipju tal-ekwità fir-relazzjoni tagħkom. Din jirrikjedi li xi kultant tkun kapaċi tevita sterjotipi, dejjem jekk dak ikun xieraq jew mixtieq. Ovjament dan jista’ jirrikjedi wkoll li ssegwi rwoli sterjotipiċi. L-idea hi li wieħed ma joqgħodx fuq l-‘aspettattivi’, iżda jibbaża fuq il-bżonn ta’ dik il-koppja partikolari. Ħafna jaħsbu li f’koppja femminista, l-omm ma tistax tibqa’ d-dar jew il-missier ma jistax imur għax-xogħol, iżda dan huwa skorrett. Meta żżomm ma prinċipji femministi fir-relazzjoni tiegħek tkun qed twessa’ l-possibbiltajiet liRead More…

sex in relationships

Il-ħajja dan l-aħħar saret pjuttost stramba; f’dak kollu li nagħmlu qed ikollna naddattaw ruħna għall-istess post u spazju. Kull kamra f’darna saret il-post tax-xogħol, ta’ diskussjonijiet, ta’ divertiment, fejn nattendu lekċers, nieklu u nitkellmu. Xi koppji qed jużaw dan iż-żmien biex jerġgħu isaħħu r-relazzjoni tagħhom, u jqattgħu aktar ħin flimkien bħala familja. Madankollu, koppji li diġa’ kellhom xi problemi eżistenti bejniethom mhux isibu dan iż-żmien daqshekk faċli. Ġenituri, speċjalment dawk li għandhom tfal pjuttost żgħar, qed iħabbtu wiċċhom ma sfidi emozzjonali ġodda, kemm dawk li qed jesperjenzaw huma, kif ukoll dawk t’uliedhom. Bl-istess mod li bih il-pandemija affettwatilna kull aspett ta’ ħajjitna, setgħet affettwat ukollRead More…

sexual consent

Fit-teorija kollha kemm aħna nifhmu li, jekk eżempju għandi l-ġuħ u l-ħabiba tiegħi qed tiekol pakket krisps, għandi nsaqsiha qabel ma nieħu ftit u mhux naqbad indaħħal idi u nieħu. L-istess japplika għal kunsens sesswali. Fit-teorija nifhmu l-kunċett li għandu jkollna l-ispazju personali tagħna u li nħallu biss nies li nafu u nafdaw jidħlu f’dan l-ispazju. Madankollu, jekk nixorbu ftit mhux ħażin, jew dawk ta’ madwarna jkunu qed ikunu intimi, hemm ċans li nħossuna pressati biex inkunu intimi aħna wkoll. Ma nitkellmux fuqha, ma niddiskutuhiex u ma nesplorawhiex, u hemm ċans li nispiċċaw nagħmlu xi ħaġa li nippreferu ma nagħmlux. Ukoll, meta nkunu xrobna xiRead More…

romantic expectations

Regolarment naqra kummenti fuq Women for Women (Malta) li jistaqsu, “Fejn huma l-irġiel it-tajba?” “Hija possiblita’ li xi ħadd minn tletin sena l-fuq jirnexxilu jsib relazzjoni mhux għas-sess biss?” “Qed ngħaddi minn naqra żmien ħażin u qisni ma nistax nara tama fi-relazzjonijiet” “Il-ħajja tal-imħabba tiegħi qatt ma kienet waħda tajba minħabba t-trawma psikoloġika profonda li kelli wara relazzjoni abbużiva” “Kif nista nerġa nafda?” Fix-xogħol tiegħi niltaqa’ ma ħafna nies li jkunu qed jitilfu t-tama li jiltaqgħu mal-persuna ideali għalihom. Maż-żmien tgħallimt li dawn in-nies mhumiex qed ikunu inqas realistiċi jew persuni romantiċi żżejjed li ma jkunu tgħallmu xejn mill-passat tagħhom. Anzi bil-kontra, ħafna minnhom ikunuRead More…

neil agius swimmer

“Ipprattikajna l-meditazzjoni flimkien, u ‘mantras’ li bħala koppja ftehmna li nużaw waqt l-għawma ta’ Neil. Kelma, frażi, li kont ngħajjatlu waqt l-għawma tiegħu li kienet tfisser ħafna għat-tnejn li aħna. Mument li kien jieħdu f’’post’ li konna diġa’ esperjenzajna flimkien”. “Emmint li l-baħar u l-annimali tal-baħar kienu se jipproteġu l-Neil” Lara Vella Lara Vella hija kampjonessa tal-għawm kif ukoll is-sieħba tal-attivist kontra t-tniġġis – Neil Agius. Riċentament Neil għam minn Sqallija sa Malta f’ħin rekord ta’ 28 siegħa, 7 minuti u 28 sekonda. Daniela Allen tkellmet ma’ Lara dwar l-esperjenza tagħha waqt l-għawma epika ta’ Neil li seħħet f’Ġunju tas-sena 2020, u s-sapport kontinwu tagħhaRead More…

app għas sess

Għal sekli sħaħ ir-riċerka wriet żbilanċ favur l-irġiel, li ħoloq nuqqas ta’ għarfien dwar is-saħħa tan-nisa. Ir-riċerka fil-ġurnata tal-lum turi li nofs l-ammont tal-irġiel u n-nisa li sar l-istudju fuqhom fl-Ingilterra kellhom nuqqas kbir fit-tagħrif u l-għarfien tal-funzjoni tal-vaġina. Dan in-nuqqas iffurmat minn perċezzjoni fqira tal-pjaċir femminili li jiġi mill-pornografija. Minħabba dan żewġ żgħażagħ iddeċidew li jbiddlu n-narrativa dwar is-saħħa sesswali tan-nisa. Quinlan ta’ 29 sena u Hushlak ta’ 31 sena introduċew app ta’ sess b’għarfien li tuża teknika bħal terapija ta’ mġieba biex tgħin lil dawk li jużaw l-app jesploraw ġisimhom u jaraw x’jaħdem fuqhom. Ferly jindirizza lin-nisa li għandhom diffikultajiet sesswali bħal libidoRead More…

confidence is sexy

Riċentament kont qed naqra kummenti nteressanti ħafna fuq Facebook fil-grupp Women for Women dwar kif aħna bħala nisa nistgħu inkunu aktar sexy. Stajt nara diversi kummenti bħal “jiena goofball”, “l-idea biss li nipprova nkun sexy ġġagħlni nitqalla”, u “kun kuntenta b’ dak li int”, “kollha kemm aħna għandna kapaċita’ nkunu sexy bil-mod uniku tagħna”. Bħala tfajliet żgħar tgħallimna nassoċjaw il-kelma ‘sexy’ ma’ fatturi relatati mad-dehra tagħna – kif nidhru fiżikament, il-ħwejjeġ li nilbsu, il-‘makeup’ li nagħmlu, kemm aħna rqaq. Kultant nibdew naħsbu li jekk ma nidhrux bħal dawk il-mudelli li jidhru fuq rivisti tan-nisa ma nistgħu qatt inkunu tajbin biżżejjed. Madankollu r-riċerka turi li l-kunfidenzaRead More…