Relazzjonijiet (Page 2)

not tonight darling

Ir-realta’ hija li wara ġurnata twila fuq ix-xogħol, ħafna minna ma jkollhomx aptit is-sess. Nippreferu nirrilassaw xi ftit fuq is-sufann b’ xi tazza nbid tajba jew xi tazza te u naraw xi serje fuq Netflix. Madankollu, l-istudji jindikaw li ħajja sesswali b’ saħħitha tista tgħinna nħossuna aktar kalmi, norqdu aħjar, u ntejbu l-konnessjoni tagħna mal-partner. Mela għala ħafna minna nibqgħu inżommu lura? Ir-rispons sesswali tal-mara huwa kumpless ħafna. Ma jinvolvix biss reazzjoni fiżika, iżda ħafna drabi huwa affettwat mis-sodisfazzjon li ttina r-relazzjoni, il-kultura u t-twemmin reliġjuż, id-dehra fiżika tagħna, l-eta’, l-istress u s-saħħa mentali. Interessanti nsemmu li r-riċerka turi li għan-nisa, it-tqanqil sesswali jiġi qabelRead More…