![](https://wham.com.mt/wp-content/plugins/phastpress/phast.php/c2VydmljZT1pbWFnZXMmc3JjPWh0dHBzJTNBJTJGJTJGd2hhbS5jb20ubXQlMkZ3cC1jb250ZW50JTJGdXBsb2FkcyUyRjIwMjAlMkYxMCUyRmdhbW91ZGkuanBnJmNhY2hlTWFya2VyPTE2NTYxMTU2ODQtMzc0MjUmdG9rZW49OWI0ZWU5MDkxNjdjYmMzZQ.q.jpg)
Tista’ tgħidilna dwar fejn persuna għandha tmur biex tagħmel test għall-STD’s fejn ir-riżultati jiġu mogħtija malajr mingħajr ma jkun hemm bżonn tistenna għal aktar minn 48 siegħa?
Għat-test tal-HIV nużaw testijiet relattivament faċli li jagħtu riżultat f’20 minuta biss.
Rigward ittestjar għall-Chlamydia u l-Gonorrhoea, għalkemm jeżistu testijiet li tista’ tixtri minn kull spiżerija, dawn mhumiex sensittivi daqstant. Għalhekk nirrakkomanda ittestjar f’ laboratorju, li jieħu madwar ħames sa sebat’ijiem biex joħroġ ir-riżultat tiegħu.
Hemm testijiet li huma xi ftit aktar sensittivi, iżda għadna qed naħdmu fuqhom preżentament, u nittamaw li nkunu nistgħu nintroduċuhom fil-kliniċi fix-xhur li ġejjin.
Dr Donia Gamoudi, Sexual Health Advisor
Aktar Informazzjoni…
Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment (STI’s) – X’ Inhuma u Kif Jippreżentaw Lilhom Infushom? – Artiklu miktub minn Dr Donia Gamoudi
![Dr Donia Gamoudi](https://wham.com.mt/wp-content/plugins/phastpress/phast.php/c2VydmljZT1pbWFnZXMmc3JjPWh0dHBzJTNBJTJGJTJGd2hhbS5jb20ubXQlMkZ3cC1jb250ZW50JTJGdXBsb2FkcyUyRjIwMjAlMkYwOCUyRmRvbmlhLWdhbW91ZGkuanBnJmNhY2hlTWFya2VyPTE2NTYxMTU1NDktMzkxMTImdG9rZW49NzQzMGJiYzcyMTY3MDM3Yw.q.jpg)
Dr Donia Gamoudi gradwat mill-‘Malta Medical School’ bħala tabiba tal-mediċina u l-operazzjonijiet fl-2011, u aktar tard kompliet it-taħriġ speċjalizzat tagħha fil-Mediċina Ġenitourinarja fl-Isptar tal-Università ta ‘Nottingham NHS Trust’ għal 3 snin oħra.
Hija ipprovdiet korsijiet modulari tal-HIV u STI’s lill-ħafna studenti li qed jistudjaw il-mediċina u professjonisti oħra li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa.