Share the love

emma portelli bonnici
‘Airquotes’ – Photo by James Bianchi

Emma Portelli Bonnici hija politikanta żagħżugħa b’esperjenzi ma l-għaqdiet ‘We Are’, KSU, MZPN u TEDxUniversityofMalta. Għalkemm Emma hi pjuttost żgħira fl-eta’, xejn ma jwaqqafha. Emma ta’ spiss tuża leħinha biex titfa’ xaq ta’ dawl fuq kwistjonijiet li ċerti politikanti m’għandhomx il-kuraġġ jevalwaw, filwaqt li tibqa’ tevalwa u taħdem biex tkabbar l-għarfien tagħha. Din il-ġimgħa stess, Emma dehret ta’ spiss fuq il-medja soċjali wara li bdiet tinvestiga każ fejn filmat intimu ta’ tfajla ġie muri f’ristorant lokali. Filfatt grazzi għall-investigazzjoni li għamlet irnexxielha tiskopri l-isem tar-restorant kif ukoll l-identita’ ta’ l-udjenza preżenti dakinhar li seħħ il-każ.

Iltqajt m’Emma sabiex insir naf aktar dwarha bħala persuna, kif ukoll dwar ix-xogħol li tagħmel bħala politikanta kif ukoll attivista.

Emma Portelli Bonnici
‘Xbajt’ – Photo @ Castille: December 2019

Bħal dejjem, Emma tippreżenta lilha nnifisha bi professjonalita’ u kunfidenza liema bħalha. Meta staqsejtha dwar l-oriġini tal-interess tagħha lejn il-politika, Emma weġbitni bi kliem li skond hi kien ħalla impatt sinifikanti kemm fuq il-ħajja professjonali kif ukoll fuq dik personali tagħha. B’espressjoni li teżawrixxi kundanna kif ukoll kburija, hija qalet: “Jien u nikber dejjem kont niġi referuta bħala waħda storbjuża, antipatka jew tedjanti”: sentiment sempliċi li jesperjenzaw in-nisa madwar id-dinja kollha.

Emma qalet li f’ħajjitha dejjem tkellmet fuq kwistjonijiet li għaliha kienu mportanti, anke jekk ma kellhomx iħallu impatt dirett fuqha. Tkellmet ukoll fuq varjeta ta’ suġġetti, inkluż wieħed li tarah ferm importanti, b’mod intersezzjonali. L-intersezzjonalità hija definita bħala: “Qafas analitiku li jgħin lil wieħed jifhem kif l-aspetti tal-identitajiet soċjali u politiċi ta’ persuna jistgħu jiġu kkombinati sabiex joħolqu modi differenti ta’ diskriminazzjoni u privileġġ“.

Emma Portelli Bonnici
Justice Rally for Daphne: May 2018

Waqt l-intervista, Emma ikkunsidrat il-privileġġ li tgawdi bħala mara b’ġilda ċara, b’familja li tissapportjaha. Hi determinata li tuża dan il-privileġġ sabiex tgħin lil dawk li qiegħdin f’pożizzjonijiet kemmxejn iebsa. Bi trasparenza hija tipprova tagħmel dak kollu li tista’ biex tgħix ħajja awtentika.

Inħoss li l-politika tiġi b’mod naturali għalija, u din il-ħaġa nqisha bħala pivileġġ. Ħaġa li ddejjaqni ħafna hija meta persuna sempliċiment tgħid li ma jimpurtahiex mill-politika, għax inħoss li din il-ħaġa tirriżulta minn sentiment fejn il-privileġġ tal-persuna ma jkunx qed jiġi kkunsidrat. Li ma tagħtix kas il-politika jfisser li s-sistema diġa’ qed taħdem favurik. Il-politika hija parti intrinsika għal kull ħaġa li nagħmlu: il-“minimum wage”, id-drittijiet ċivili, “the cost of living allowance”, l-edukazzjoni, litteralment kollox! Nuqqas t’attenzjoni għall-politika jirrifletti li m’għandekx problemi fil-paga, jew li m’intix “asylum seeker” jew li m’għamiltx snin twal tipprova titfa’ xaqq ta’ dawl fuq il-każ tiegħek. Għalhekk inħoss li jekk hemm dan il-privileġġ, għandek bżonn tużah għat-tajjeb minflok tinjorah”.

Emma Portelli Bonnici
Running for KSU Elections: 2015

Emma ħarset lejn il-kantuniera tas-saqaf tal-kamra tagħha waqt li kompliet tiffoka fuq il-kwistjoni li qed nattakkaw bħalissa, b’passjoni kif ukoll frustrazzjoni kbira għall dak kollu li tara. Din it-tip ta’ reazzjoni hija pjuttost rifreskanti.

Hi hu titkellem dwar il-prijoritatjiet tagħha fil-politika, Emma enfasizzat il-punt tal-edukazzjoni: “L-edukazzjoni hija l-qafas ta’ kollox… il-paga tal-għalliema għandha tirrifletti l-fatt li huma qed jiffurmaw l-imħuħ u l-ħsibijiet tagħna. Is-sillabu li qed jgħallmu lit-tfal għandu jiġi rrevedut. Il-ġimgħa l-oħra ġejt infurmata li skola lokali se tistieden tabib kontra l-abort sabiex jitkellem fil-lezzjoni tar-reliġjon – ma tistax tgħallem ix-xjenza bir-reliġjon – Tgħallem ix-xjenza għaliha, u r-reliġjon separatament, bħala ‘dogma’, bħala sett ta’ regoli, u wara tadattahom għal ħajtek. Ovjament dan jaħdem bl-istess mod miż-żewġ perspettivi: ma nistenniex li f’lezzjoni tar-reliġjon se jkun hemm persuna ‘pro-choice’ titkellem jew tiddibatti fuq is-suġġett. Ma jkunx postha. Għandu jkun hemm spazju għal diskussjoni miż-żewġ naħat, iżda mhux hekk”.

Emma Portelli Bonnici hija wkoll rinomata fil-qasam tad-drittijiet sesswali u riproduttivi, fejn ta’ spiss titfa’ l-attenzjoni tagħha fuq il-Malta’s blanket ban abortion, l-aċċessibilita’ tal-kontraċezzjoni kif ukoll fuq is-sistema tal-edukazzjoni sesswali.

Emma Portelli Bonnici
First Pro-Choice Rally: September 2019

L-edukazzjoni tinforma s-saħħa sesswali, u t-tfajliet jistgħu jibbenefikaw minnha. Ovjament mhux in-nisa biss jistgħu jibbenefikaw minnha, iżda dan in-nuqqas naturalment jaffettwa aktar lin-nisa għax ir-realta hi li n-nisa jġorru t-tfal.

TEDx First Conference – Albert Camilleri

Meta staqsejtha dwar il-preżenza tan-nisa fil-politika, Emma attakkat il-problema direttament mingħajr ma qagħdet iddur mal-lewża:

Qabel ma ninkuraġġixxu lin-nisa jidħlu fil-politika irridu nibdew billi naraw għaliex mhumiex jidħlu fil-politika. Jien naħseb li wieħed mill-fatturi mportanti huwa li n-nisa xorta għadhom mistennija jagħmlu x-xogħol tad-dar bla ħlas. Fis-sens, mhux qed ngħidu fuq mara li m’għandhiex xogħol bejn id-9am u l-5pm, imma mara li għandha dan it-tip ta’ xogħol, u wara li tasal id-dar xorta jkollha ssajjar, tnaddaf u tara x’hemm bżonn. Ovjament hemm każi fejn din [partner li tagħmel aktar xogħol mill-ieħor] tagħmel sens.

Finalment Emma ġabret fil-qosor it-twemmin u l-ħsibijiet tagħha billi qalet: “Il-femminiżmu mhux xi ħaġa maħmuġa.

MZPN 2018-2020 exec – Women – Photo by Albert Camilleri

Nittamaw li naraw lil Emma Portelli Bonnici bħala kandidata fil-futur ġejjieni għax hemm bżonn t’aktar femministi fil-politika.


Għandek xi esperjenza personali li tixtieq taqsam ma’ wham, f’ismek jew b’mod anonimu? Ikkuntattjana jew ibgħatilna imejl fuq [email protected]


Share the love