Share the love

jum internazzjonali tal-mara

Kull sena, eżattament fit-8 ta’ Marzu, niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Mara globalment. Din il-ġurnata ilha tiġi ċċelebrata għal aktar minn mitt sena, eżattament sa mill-1911, u l-għan tagħha hu li tgħaqqad lil kulħadd flimkien għal għan wieħed.

F’dil-ġurnata nfakkru l-gwadann soċjali, ekonomiku, kulturali u politiku tal-mara. Barra minn hekk, din il-ġurnata tħeġġiġna wkoll niftakru u naħdmu favur l-importanza tal-ekwalita’ fil-konfront tal-mara.

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet din l-istqarrija meta kienet qed tikkommemora il-Jum Internazzjonali tal-Mara 2021:

“Is-sena li għaddiet kienet waħda diffiċli. Il-Pandemija COVID-19 ma ħafritha l-ħadd, u swiet ta’ theddida partikolarment għan-nisa kollha madwar id-dinja. Tobba, infermiera, għalliema, negozjanti – xogħolijiet li ta’ spiss huma mfittxija minn nisa – spiċċaw fuq quddiem fil-pandemija. U dan waqt żieda ta’ aktar responsabbiltajiet id-dar.

Ejjew flimkien nirringrazzjaw lin-nisa għall-qlubija tagħhom, għal kompassjoni u l-kontribuzzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra din il-kriżi, kif ukoll talli żammew is-soċjetajiet, servizzi ta’ kura u l-aktar servizzi essenzjali għaddejjin.

Filwaqt li fil-maġġoranza tagħhom il-ħaddiema ‘frontliners’ fil-qasam tas-saħħa huma nisa, bilkemm ġew rappreżentati fejn jidħlu d-deċiżjonijiet meħuda rigward il-pandemija. Nistgħu insemmu l-fatt li f’87 ‘task forces’ globali relatati mal-pandemija, inklużi 17-il Stati Membri Ewropej, 85.2% minnhom kienu mmexxija mill-irġiel.

L-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tkun fil-qalba tal-irkupru mill-pandemija. Ir-‘Recovery and Resilience Facility Regulation’ tgħid li l-ugwaljanza bejn is-sessi u opportunitajiet indaqs għal kulħadd għandhom jiġu kkunsidrati u promossi fil-fażi preparatorja u t’implimentazzjoni tal-pjanijiet t’irkupru u r-reżiljenza. In-nisa għandhom ukoll jiġu rrappreżentati b’mod aħjar, kemm fil-politika kif ukoll fuq bords ta’ kumpaniji – irridu nibqgħu niġġieldu favur dan.

Il-Kummissjoni ma żammitx lura milli tħeġġeġ favur ekwalita’ akbar bejn in-nisa u l-irġiel, kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha. Fuq bażi ta’ waħda mill-elementi ewlenin tal-iStrateġija Favur l-Ugwaljanza Bejn Is-Sessi, il-Kummissjoni ppreżentat proposta favur miżuri ġodda li jassiguraw il-prinċipju ta’ pagi ndaqs. L-ugwaljanza bejn is-sessi tinsab fiċ-ċentru tal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea. L-EU Gender Action Plan (GAP III) tippreżenta aġenda ċara li tippromovi ekwalita’ u tagħmel ċert li n-nisa u l-bniet madwar id-dinja kollha jiġu mħeġġa jipparteċipaw f’bidla fid-demokrazjia, ġustizzja, paċi u sigurta’.

Il-pandemija COVID-19 enfasizzat l-inekwalitajiet fis-soċjetajiet tagħna. Poġġiet lin-nisa f’riskju akbar, anke fid-djar tagħhom stess. Aktar tard din is-sena, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta ġdida biex tiġġieled vjolenza fuq bażi ta’ sess fl-Ewropa. Fil-pajjiżi partners, l-EU/UN Spotlight Initiative addattat azzjonijiet bi prijorita’ fuq kull forma ta vjolenza fuq bażi ta’ sess.

Progress diffiċli jsir u jista’ jintilef faċilment. Għandna naħdmu biex l-Ewropa tibqa’ tippromwovi d-drittijiet tan-nisa. Ma nistgħux inħallu lilna nfusna naqgħu lura…għandna nibqgħu nimxu l-quddiem”.

Għaliex għad għandna bżonn niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tan-Nisa anke llum il-ġurnata?

Sfortunatament, il-World Economic Forum qed tipprevedi li l-parita’ bejn is-sessi x’aktarx li mhux se tintlaħaq qabel mill-inqas ċentinarju ieħor. Jidher li ħadd minna li qed ngħixu bħalissa kif ukoll uliedna mhu se jirnexxilna nilħqu naraw isseħħ parita’ bejn is-sessi.

Madankollu nistgħu xorta waħda nagħmlu parti mit-tibdil neċessarju billi nagħrfu gwadanni tan-nisa, noħolqu għarfien dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, u nsemmgħu leħinna favur il-parita’ bejn is-sessi.

Ejjew flimkien nagħmlu differenza… #ChooseToChallenge

Qed tesperjenza inekwalita’ bħala mara? Nixtiequ nisimgħu l-istorja tiegħek. Ikkuntattjana jew ibgħatilna imejl fuq [email protected]

Referenzi:

European Commission (2021). Statement by the European Commission ahead of International Women’s Day 2021. Accessed from https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/statement_21_890 on 8th March 2021

International Women’s Day (2021). https://www.internationalwomensday.com/ Accessed on 8th March 2021


Share the love