Share the love

Ritratt: Unsplash

Jekk int omm ġdida li għadha kif għaddiet minn ċesarja, prosit!

Mhux faċli li jkollok tgħaddi minn din l-operazzjoni filwaqt li tieħu ħsieb tarbija ġdida. Li tagħmel pjan għall-irkupru u r-ritorn għax-xogħol u l-eżerċizzju jinvolvi l-ewwel li tifhem kif il-ġisem ifiq u meta u kif tintervjeni biex terġa’ lura għan-normal tiegħek.

Wara 6-8 ġimgħat, in-nisa ikunu normalment kuntenti li jagħmlu mixja  mgħaġġla u, jekk possibbli, jgħumu. Ir-ritorn għal eżerċizzju ta’ intensità ogħlja jieħu aktar żmien u m’għandux jsir mgħaġġel. Qabel ma terġa’ lura fil-ġiri, qbiż, Zumba, CrossFit, jew kwalunkwe eżerċizzju ieħor ta’ impatt għoli, huwa essenzjali li jkollok kontroll minn fiżjoterapista. Ir-ritorn għal taħriġ ta’ intensità għolja qabel iż-żmien, normalment qabel 3 xhur wara t-twelid, jista’ jwassal għal kwistjonijiet ta’ inkontinenza u uġigħ.

Ir-ritorn għall-attività sesswali jiddependi minn meta tħossok lesta u tkun għamilt l-arranġamenti meħtieġa għall-kontraċezzjoni jekk ikollok bżonnha. Ibda bil-mod, u jista’ jkollok bżonn tagħmel użu minn lubrikant ibbażat fuq l-ilma, speċjalment jekk qed tredda’. Jekk ippruvajt ikollok x’taqsam sesswalment diversi drabi u għadek tesperjenza uġigħ, jistajkun relatat mal-muskoli. Dan jiġri bħala riżultat tat-tqala u m’għandux jiġi injorat.

Kull persuna hija differenti b’sitwazzjonijiet tal-ħajja differenti. Fl-irkupru, irridu nikkunsidraw aspetti oħra bħal tħassib dwar is-saħħa, l-ammont ta’ appoġġ li tkun qed tirċievi dik il-persuna, l-ammont ta’ rqad li qed tieħu l-omm il-ġdida u wkoll tħassib addizzjonali relatat mal- bqija tal-familja jew tax-xogħol.

Huwa perfettament normali jekk tħoss li ġismek jeħtieġ aktar ħin biex jirkupra. Il-punt essenzjali huwa li tibda bil-mod u timxi gradwalment u mingħajr periklu u tipprova, jekk possibbli, tikseb l-appoġġ tal-familja u l-ħbieb.


Share the love