Share the love

Riċentament aħna ta’ Wham kellimna lis-sid tal-esebizzjoni tal-arti Christine Xuereb biex niksbu aktar informazzjoni dwar ix-xogħol interessanti li qed taħdem fuqu bħalissa

Min dejjem kont interessata fl-arti – l-eqdem memorja li għandi hija tiegħi nnifsi npenġi xi tpenġijiet għal sħabi tal-klassi. Is-suġġetti li kont immur l-aħjar fihom kienu jkunu dejjem l-arti u l-matematika – u għalkemm inizzjalment il-pjan tiegħi kien li nsir perit, id-deċizjonijiet li ħadt f’ħajti wassluni biex nieħu l-arti bħala s-suġġett ewlieni tiegħi. Eventwalment, bdejt nattendi wkoll il-lezzjonijiet tal-Istorja tal-Arti u Antropoloġija l-Università. Minħabba nuqqas ta’ memorja kif ukoll in-nuqqas ta’ nteress li kelli fl-Istorja tal-Arti ta’ qabel iż-żminijiet moderni, kont bdejt infellaq. Fortunatament, l- interess kbir li kelli fl-Antropoloġija għeni biex nibqa’ ffukata u fl-2001 iggradwajt.

Ix-xewqa li kelli li niftaħ esebizzjoni tal-arti nibtet fija madwar iż-żmien li fih kont nattendi l-Universita’, u żdied drastikament meta għext il-BC fil-Kanada, fl-2002 minħabba l-fatt li f’dak iż-żmien rajt ħafna esebizzjonijiet tal-art sbieħ.

Meta rritornajt lura Malta, sfortunatament erġajt mort lura wkoll għar-relazzjoni ħażina li kont ħrabt ‘il bogħod minnha meta kont tlaqt minn Malta. Spiċċajt tqila. Filwaqt li poġġejt l-ewwel is-saħħa u s-sigurtà tiegħi nnifsi u tat-tifel jew tifla, ħallejt ir-relazzjoni abbużiva li kont fiha u bdejt il-vjaġġ tat-trobbija waħdi. Missieri, li kien fin-negozju tal-proprjetà, kellu spazju disponibbli u minħabba li kien jaf li minn dejjem xtaqt li jkolli esebizzjoni tal-arti tiegħi stess ħaseb li dan il-post kien tajjeb biex fih nibda nwettaq din ix-xewqa.

Ma kontx naf kif għandi mmexxi kumpanija, aħseb u ara kumpanija ta’ esebizzjoni tal-arti. Barra minn hekk kelli wkoll nitratta l-fejqan tal-feriti mentali tiegħi kif ukoll nieħu ħsieb it-tarbija tiegħi. L-affarijiet bdew jiġu għall-aħjar wara li għaddew l-ewwel ħames snin fin-negozju. Dan ġara peress li kont ilħaqt tgħallimt aktar dwar in-negozju tal-esebizzjonijiet u dwar is-suq lokali. Għaddew 16-il sena minn meta ftaħt l-esebizzjoni fl-2004 u għadni qed nitgħallem kontinwament dwar xejriet ġodda u artisti b’talenti oħra li ngħaqdu mas-suq.

Staqsejna lil Christine dwar liema tip ta’ arti tħossha l-aktar attrattata:

Personalment nemmen li nħossni attrattata l-aktar lejn pitturi tal-arti fina espressiva, partikolarment pitturi figurattivi, iżda is-suq Malti huwa aktar attrattat lejn pitturi ddedikati għall-pajsaġġ Malti. Fl-esebizzjoni għandi dak li l-aktar hu mfittex mis-suq Malti, iżda għadni wkoll nesebixxi pitturi figurattivi u astratti biex inżomm bilanċ tajjeb. Matul iż-żmien organizzajt ħafna esebizzjonijiet kemm lokali kif ukoll barra minn Malta, u dan tagħni sodisfazzjon kbir.

Dan l-aħħar kont qed naħseb biex inwessa’ t-tip ta’ arti li nesebixxi u qed nippjana wkoll li nintroduċi prints oriġinali, fotografija u arti kontemporanja f’sezzjonijiet oħra fl-esebizzjoni, taħt isem differenti. Irrid li l-ispazju tiegħi jkun aktar edukattiv għax nemmen li jekk in-nies ikunu aktar esposti għal tipi t’arti differenti, jibdew japprezzaw aktar.

Riċentament għamilt żmien ngħix l-Afrika tal-Punent u b’hekk sirt napprezza l-arti Afrikana aktar minn qatt qabel – din hija Arti Afrikana u Kontemporanja. Nixtieq li maż-żmien niffoka fuq l-arti Afrikana iżda nifhem li l-arti hija proċess kontinwu. Personalment napprezza ħafna tipi differenti tal-arti u sfortunatament ċerta li qatt mhu se jkolli spazju biżżejjed biex nesebixxi l-arti kollha li nixtieq.

Sadanittant nixtieq nistieden lil kull min iħobb l-arti biex iżur l-esebizzjoni tiegħi, iżur is-sit www.christinexart.com  u jagħtini ‘feedback’ tagħhom, kif ukoll biex jingħaqad mal-paġni ta ‘Instagram u Facebook tiegħi hawn https://m.facebook.com/christinexartgallerysliema/ u https://www.instagram.com/christinexartgallerymalta/

L-esebizzjoni ta’ Christine X tinsab f’ 17, Tigne Street – Sliema, SLM 3141


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *