Share the love

intrapriżi

Aħna ta’ Wham nemmnu fl-appoġġ lill-komunita’ lokali bħall-komunita’ fuq Facebook b’membri esklussivament nisa, Women for Women. Nemmnu fl-appoġġ u l-promozzjoni tal-fehma u l-ħeġġa tal-mara sabiex tikseb is-setgħa.

Matul il-pandemija ħafna nisa tilfu l-impieg jew ma’ setgħux joħorgu minn djarhom, jew għax huma meqjusa vulnerabbli, jew għax kellhom jibqgħu id-dar biex jassistu lill-uliedhom fit-tagħlim skolastiku mid-dar tagħhom stess. Bħas-soltu, n-nisa ma baqgħux lura minn din l-isfida u biddlu l-passatempi tagħhom, kif ukoll l-abilitajiet tagħhom f’opportunitajiet li bihom jaqilgħu l-għixien. Issa, aktar minn qatt qabel, huwa mportanti għalina bħala komunita’ biex ningħaqdu flimkien u nagħtu l-appoġġ lil xulxin. Tassew, il-kumdita’ u l-għażla vasta ta’ prodotti bi prezzijiet tajbin minn Amazon jistgħu iħajruna nfittxu għażla faċli u bla telf ta’ żmien. Imma jekk qed tfittex xi ħaġa singolari lokalment, u fl-istess waqt tkun tgħin u tagħti l-appoġġ tiegħek lill-komunita’ lokali, tibqax tfittex aktar, nistgħu naqduk aħna!

Aħna għandna l-għan li mill-portal tagħna nagħtu l-appoġġ u nħeġġu nisa jidħlu għan-negozju, għall-politika, fil-qasam artistiku u bħala professjonisti f’oqsma differenti. Għandna listi differenti miġbura b’attenzjoni ta’ negozji li jidher fihom l-ispirazzjoni u l-professjonalita’ fix-xogħol tagħhom. Issa għadna kemm żidna direttorju ta’ Intrapriżi lokali żgħar immexxija min-nisa – tibqa’ mpressjonata kemm hawn nisa li għandhom talent intraprenditorjali.  Fittex ghall-affari tiegħek il-lista hawn  – tista’ ssib kważi kull ħaġa li teħtieġ, li tista’ tiġi manifatturata u prodotta lokalment u ppersonalizzata għall-ħtiġijiet partikulari tiegħek. Ħafna min negozji fil-lista tagħna jistgħu jiġu kkuntattjati direttament u xi wħud jistgħu ukoll iwasslu l-prodotti tagħhom fid-djar tagħkom stess, u ghaldaqstant m’għandekx il-ħtieġa li toħroġ mill-kumdita’ ta’ darek!  

Wham hija intrapriza soċjali – l-ewwel għan tagħna huwa li nipprovdu servizz lill-komunita’ lokali tagħna u mhux il-profitt. Bħal kull intrapriża oħra jeħtieġ li nkunu sostenibbli u l-uniku mod li bih nistgħu nagħmlu dan huwa bir-reklamar u bil-kollaborazzjoni ta’ kulħadd. It-tim ċkejken u dedikat tagħna qiegħed hawn biex iwasslilkom informazzjoni,  esperjenzi mill-ħajja kif ukoll opportunitajiet ta’ negozju.  Jekk in-negozju tiegħek qiegħed fuq il-lista jew forsi għandek prodott li tixtieq ixxandru fuq is-sit tagħna, ikkuntattjana għal aktar informazzjoni dwar kif nistgħu naħdmu flimkien billi tibgħatilna imejl fuq [email protected]


Share the love