Share the love

Matul dawn l-aħħar 10 snin, is-suq tax-xogħol sar dejjem aktar settorjali, biex b’hekk jinħalqu opportunitajiet għal kull professjonist li jispeċjalizza f’sezzjonijiet speċifiċi. Madankollu, fl-2020, u aktar fl-‘era ta’ wara l-COVID-19,  il-‘curriculum vitae’ mimlija bl-esperjenzi mhux se tkun l-unika element li jiggarantilek l-għażla jew il-professjonaliżmu ta’ persuna.

Aħna ninsabu quddiem ħaġa ddefinita bħala ir-Raba’ Revoluzzjoni Industrijali, tgħallimna – b’mod tqil 🙁 – li l-proċessi jistgħu jiġu mmaniġġjati b’mod effiċjenti u remot, u li n-nies se jkunu aktar effiċjenti meta jkollhom il-permess li jaħdmu bil-pass tagħhom u fejn ikunu jridu jew jistgħu.

Fuq xiex għandna naħdmu biex naffaċċjaw b’suċċess ix-xenarji tax-xogħol li qed jinbidlu b’mod kostanti?

‘The World Economic Forum (organizzazzjoni internazzjonali għall ko-operazzjoni pubblika-privata, ibbażata f’Geneva- riċentament ipprovat twieġeb din il-mistoqsija u ssuġġeriet li se jkollna bżonn niffukaw fuq is-‘soft skills’.

Dawn huma kapaċitjiet kumplimentari għal ma dawk il-‘hard skills’ preżenti fil-kurrikulu tagħna, bħall-edukazzjoni u esperjenzi tax-xogħol li għaddejna minnhom. Madankollu, dawn tant kemm huma importanti li jistgħu jagħmlu differenza f’kull tip ta’ kuntest professjonali.

Ejjew nesploraw dan il-kunċett f’aktar dettall…

Ħafna drabi naħsbu li l-kapaċitajiet tagħna huma bbażati fuq dak li studjajna l-iskola jew l-Universita’, jew li tgħallimna f’ esperjenzi ta’ xogħol. Dan hu biss parzjalment reali.

Filfatt, huwa mportanti niddistingwu l-għarfien minn kapaċitajiet tekniċi, minn ‘soft’ – jew ‘transversal’ – ‘skills’.

Waqt li l-kelma ‘għarfien’ tirreferi għal dawk il-kunċetti li tgħallimna u fhimna waqt l-istudji u l-esperjenzi tagħna, il-kapaċitajiet tekniċi-professjonali, magħrufa wkoll bħala ‘hard skills’, huma dawk li jħalluna nagħmlu xogħolna “teknikament”. Eżempju, jekk int enġinier ċivili,  int se tkun taf kif tiddisinja u tibni bini.

Imma ‘soft-skills’ la huma biss tagħrif u lanqas kapaċitajiet tekniċi-professjonali, imma huma magħquda għall-isfera tan-‘know-how’ iżda wkoll u fuq kollox in-‘know-to-be’.

Fl-1973, il-psikoloġista Amerikan David McClelland ippublika studju fejn wera li ma kinux il-‘QI’ kbar jew l-aħjar riżultati akkademiċi li jiddeterminaw is-suċċess ta’ karriera professjonali, imma il-‘transversal skills’, jew dik l-imġieba abittwali li l-persuna setgħet ikollha fl-aktar żoni varjati u f’sitwazzjonijiet mhux tas-soltu.

Sussegwentement, numru ta’ studji oħra twettqu fuq dan ir-regolament u varjeta’ ta’ klassifikazzjonijiet kienu nħalqu, kollha jirreferu għall-attitudnijiet li n-nies juru meta jkunu qed jirreaġixxu għal ċerti kuntesti. Qed nitkellmu prinċipalment dwar il-komunikazzjoni, l-awtomozzjonalità, il-perseveranza, l-awtokonoxxenza, il-kapaċità li tiġġenera l-fiduċja, billi nkunu nafu kif nivvalutaw lil ħaddieħor, l-empatija, il-ħsieb kritiku u l-adattabilità.

Dawn, u ħafna aktar, skont l-esperti u skond dak li għadna kif rajna, huma il-fatturi tas-suċċess, li jekk inħarsu l-quddiem, ma jistgħux ma jkunux preżenti fl-iżvilupp ta’ kull attivita professjonali.

L-isfida hi biex is-‘soft skills’ ikunu osservabbli u kapaċi jitkejjlu f’termini ta’ mġieba abittwali u mhux ta’ għarfien teoretiku.

U din hija r-raġuni għala taħriġ tradizzjonali ħafna drabi huwa ineffettiv f’dan il-qasam. Attenzjoni ta’ kuljum, tagħlim ad hoc u moniteraġġ kostanti jwasslu għal imġieba abittwali.

Biex dan l-iżvilupp iwassal għal ippremjar u żvilupp sostenibbli, irid ikun personalizzat fuq bażi ta’ ‘ħbula’ tal-persuna individwali, u il-potenzjal karateristiku tagħha. Aħna individwi li nispikkaw bil-ħiliet personali, relazzjonali u bi ppjanar speċifiku. Għal din ir-raġuni, li nimmiraw lejn ‘role model’ ideali huwa ħafna inqas effettiv milli naġixxu fuq dak li jagħmilna uniċi, u għandna naċċettaw l-idea li l-futur jirrikjedi liberazzjoni u titjib fin-natura u l-abbiltajiet, aktar mill-kapaċità bażika.

Matul dawn il-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed nesploraw flimkien x’inhuma l-għaxar ‘soft skills’ indispensabbli u ssuġġeriti mill-‘World Economic Forum ‘ u kif għandna nippreparaw għal dak li ġej.

Għalhekk, jekk tixtieq tkun taf aktar dwar ‘problem solving’ – it-tema li jmiss – u xi tekniċi li jgħinuk issir aħjar f’ dan, kull m’għandek tagħmel hu li… TIBQA’ SSEGWI DIN IL-WEBSAJT 🙂


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *