Share the love

Il-Fotografa Fran Stivala teħodna wara l-kwinti fil-ħolqien ta’ servizz fotografiku għall-poster tal-film, ‘Machination’.

Machination
Il-poster għall-film ‘Machination’

Raġġ qawwi ta’ dawl irradjat minn tieqa żgħira u għolja ġewwa mezzanin li jservi wkoll ta’ studjow fl-Imgarr, fejn kien se jittieħed ir-ritratt għall-film ‘Machination’. Kien qisu bħallikieku qed jolqot element; it-tieqa kellha titgħatta sabiex jittieħed dan ir-ritratt partikulari, għax id-dawl ambjentali kien ukoll meħtieġ. Il-film huwa tat-tip ‘thriller’ psikoloġiku li jsegwi it-tgħaqid imdallam tal-moħħ tal-protagonista prinċipali, Maria, parti maħduma mill-attriċi Steffi u l-battalja tagħha biex tgħelibhom waqt li tkun itturufnata waħedha d-dar waqt pandemija. Machination jagħti ħarsa lejn il-mard mentali mhux djanjostikat u l-effett tiegħu fuq ħajjiet in-nies.

Ivan Malekin u Sarah Jayne Portelli, il-produtturi minn Nexus Production Group u produtturi tal-film ‘Machination’ kienu tnebbħu mix-xogħol tiegħi kulurit tal-ġel fuq Instagram, tant li għoġobhom u għamlu kuntatt miegħi. Dan kien veru inkariku eċitanti għalija billi din kienet l-ewwel darba li kont se naħdem ma’ dan it-tim u ma’ Ivan, Sarah u Steffi; mill-ewwel ħassejtni milqugħa permezz tal-entużjażmu li għandhom.

Machination

Ir-ritratt kellu jidher bħala xbieha ta’ Steffi b’żewġ kuluri saturati, aħmar u blu u dawn kellhom ikunu l-paletta tal-kuluri li ntużaw matul il-film. L-ewwel biċċa xogħol li dħalt għaliha kienet it-twaqqif tat-tagħmir.  Għal dawk li huma nteressati jkunu jafu liema tagħmir intuża, kien kif ġej: żewġ umbrelel, żewg flash guns, ġel ikkulurit, kamera tar-ritratti Canon 5D Mark III , Lenti 24 – 70 mm Canon L bi swiċċ kontrollat minn distanzja biex tinxtegħel il-leħħa tad-dawl. Sfond iswed kien imqiegħed mal-ħajt biex joħloq atmosfera ta’ dlam fuq wara tal-istampa.

Wara li ttieħdu numru ta’ ritratti bi prova ġbidt xi ritratti preliminari ta’ Steffi. Meta kont kuntenta bir-riżultati ta’ dan ix-xogħol bikri, stajt nibda’ nħejji għall-kisba tar-ritratti finali tal-poster. Ħadt numru mhux ħażin qabel l-għażla finali. F’ wieħed minnhom, idejn Steffi kellhom ikunu miksija bid-dud, karatteristika mportanti fil-film, kif ukoll li tkun liebsa maskra klinika tal-wiċċ.  Dawn ir-ritratti ma kienux ir-riżultat magħżul fl-aħħar, imma kien xieraq li wieħed jarahom (fil-ġenb: wieħed mill-għażliet fotografiċi għall-poster).

Hawnhekk Ivan u Sarah daħlu jgħinu biex iġeddu l-atmosfera billi jfakkru b’mod vivaċi l-emozzjonijiet tal-karattru matul il-film.  Dan kien metodu eċċellenti sabiex jidderieġu lil Steffi toħroġ l-espressjonijiet tagħha għar-ritratt finali.

Machination
Xena minn wara l-kwinti ta’ Fran Stivala tiffotografa lil Steffi Thake

Stajna għażilna metodu ieħor għall-poster billi Steffi tkun tassew maħkuma mill-biża mixħuta fl-art. Dan ir-ritratt ħadtu waqt li kont fil-għoli fuq sellum filwaqt li ppuntajt il-kamera l-isfel biex noħloq ambjent kompletament differenti għar-ritratti bil-ġel kkulurit.

Machination
Verzjoni alternattiva għall-poster

Wara ftit siegħat ta’ sessjoni ta’ ġbid ta’ ritratti, meta lkoll kemm aħna konna sodisfatti bir-riżultati, kien wasal il-ħin li nħallu l-istudjow u nidħlu fil-fażi tal-editjar, parti essenzjali tal-proċess tal-fotografija. Dan għandu x’jaqsam ma’ rranġar bażiku tal-kurvaturi, rtokk, illixxar ta’ kulur il-ġilda u aġġustament tal-kuluri. L-aħħar għaxar ritratti kienu mibgħutin lil produtturi sabiex huma mbagħad jieħdu ħsieb l-aħħar stadji tad-disinn tal-poster li kien baqagħlu ż-żieda tat-tipografija biex l-istampa tkun finalizzata. U dawn kienu fil-qosor l-iżviluppi fit-twettiq tal-poster għall-film ‘Machination’.

Hawn taħt issibu xi xbihat minn wara l-kwinti mill-film.

Fran Stivala hija foto-ġurnalista, fotografa tat-tiġijiet u fotografa ta’ portaits ta’ persunaġġi. Ix-xogħol tagħha wieħed jista’ jarah fuq: www.franstivala.com u fuq Instagram @fran_stivala_photography

Machination se jkun qed jintwera aktar tard din js-sena.  Sabiex tibqgħu aġġornati b’aħbarijiet dwar Machination, issa, waqt il-ħruġ u wara, ingħaqad magħna kull xahar permezz tal-NPG newsletter Creatively Connected.


Jekk għandek xi nformazzjoni dwar xi okkażjoni jew xi storja personali li tixtieq taqsam magħna ta’ Wham, ikkuntattjana jew ibgħatilna imejl fuq [email protected]


Share the love