Ir-realta’ hija li wara ġurnata twila fuq ix-xogħol, ħafna minna ma jkollhomx aptit is-sess. Nippreferu nirrilassaw xi ftit fuq is-sufann b’ xi tazza nbid tajba jew xi tazza te u naraw xi serje fuq Netflix. Madankollu, l-istudji jindikaw li ħajja sesswali b’ saħħitha tista tgħinna nħossuna aktar kalmi, norqdu aħjar, u ntejbu l-konnessjoni tagħna mal-partner. Mela għala ħafna minna nibqgħu inżommu lura?
Ir-rispons sesswali tal-mara huwa kumpless ħafna. Ma jinvolvix biss reazzjoni fiżika, iżda ħafna drabi huwa affettwat mis-sodisfazzjon li ttina r-relazzjoni, il-kultura u t-twemmin reliġjuż, id-dehra fiżika tagħna, l-eta’, l-istress u s-saħħa mentali. Interessanti nsemmu li r-riċerka turi li għan-nisa, it-tqanqil sesswali jiġi qabel ix-xewqa għas-sess, għalhekk meta nagħmlu sforz biex inkunu intimi eventwalment nieħdu gost ukoll. Iżda meta nqisu dan kollu, għaliex is-sess mhuwiex prijorita’ għal ħafna minna?
Fil-klinika tiegħi niltaqa’ ma ħafna nisa b’ raġunijiet varji dwar il-għala ma jkollhomx x’ jaqsmu sesswalment: “għajjiena wisq”, “stressjata wisq”, “inweġġa wisq”, “tbegħdna minn xulxin”, “nistħi nidher għarwiena quddiem il-partner tiegħi”, “ix-xewqat sesswali tagħna huma differenti minn ta’ xulxin”, “ġejt ittraduta fil-passat, kif nista nerġa nafda?”. Is-sess huwa esperjenza intima, faċli nħossuna vulnerabbli, u esperjenza iebsa ta’ darba kapaċi tneħħilna l-ħajra kollha għas-sess.
Jekk nixtiequ nesperjenzaw sess aħjar irridu nħarsu lejn dak li jżommna lura minnu, u ninvestu l-ħin u l-enerġija kollha neċessarja biex intejbuh.
Pariri biex intejbu l-ħajja sesswali:
Il-Qari: Faċli nsibu ammont ta’ riżorsi li jistgħu jgħinuna nżidu l-għarfien dwar is-sesswalita’, l-intimita’ u r-relazzjonijiet. Jgħin ħafna li nfittxu fuq l-internet u libreriji lokali materjal li nistgħu napplikaw għalina u li bih inżidu l-għarfien fuq is-sesswalita’ u l-pjaċir tal-mara.
Tkellem: Jekk qed tesperjenza diffikultajiet sesswali jew nuqqas ta’ sodisfazzjon, tkellem. Il-partner tiegħek x’ aktarx li mhux kapaċi jaqra l-imħuħ u m’ għandux aċċess għal ħsibijiet u l-emozzjonijiet tiegħek dwar is-sess. Tista forsi tgħid xi ħaġa hekk:
“Nixtieq li jkollna iktar intimita’ u ‘foreplay’ qabel l-att sesswali għax jekk ma nkunx lubrikata biżżejjed inweġġa”.
“Li jkollna aktar intimita’ barra mill-kamra tas-sodda jimmotivani aktar biex inkompli waqt is-sess filgħaxija”.
“Ma nħossx li qed nagħtu mportanza biżżejjed lill-intimita’ sesswali fir-relazzjoni tagħna”.
Niżżilha fuq il-kalendarju: Huma ħafna l-koppji li ma jħossuhomx komdi bl-idea ta’ skedar għas-sess għax iħossu li l-intimita’ sesswali għandha ssir b’ mod spontanju. Madankollu, jekk iż-żewġ partners jesperjenzaw ġranet stressanti u xħin jaslu d-dar isibu t-tfal, l-annimali domestiċi, tindif u tisjir jistennewhom, is-sess jiġi meqjuż bħala biċċa xogħol oħra. Li tippjana minn qabel ħin għalik u għall-partner fejn tkunu tistgħu titkellmu u tkunu intimi kull ġimgħa jagħmel differenza kbira fir-relazzjoni.
Kuntatt fiżiku: Waħda mill-iktar funzjonijiet important tat-terapija sesswali hija li ma tibqax tiffoka biss fuq l-att sesswali nnifsu jew fuq iż-żoni ġenitali, iżda li tfittex żoni ewroġeneċi alternattivi u tiffoka aktar fuq il-pjaċir. Ħudu ż-żmien neċessarju biex tesploraw il-ġisem ta’ xulxin. Ħudu ġost li tkunu flimkien, esploraw pożizzjonijiet sesswali oħra u użaw ‘sex toys’. Li nkunu nafu ġisimna sew u dak kollu li jtina pjaċir jgħinna ngħixu ħajja sesswali aktar b’ saħħitha u nieħdu aktar gost b’ xulxin.
Wham jirrakkomanda:
Xi jgħidu l-konsumaturi ta’ dawn il-prodotti?
Irħas ħafna minn meta tixtri kondoms mill-ħwienet! Kwalita’ tajba u varjazzjoni ta’ kondoms. Kont qed nibża li meta tixtri kondomx onlajn tkun qed tirriskja, iżda dawn sibt li huma ġenwini. Apparti hekk, huwa ħafna iktar komdu tixtri kondoms onlajn milli minn ħanut!
Konsumatur ta’ Durex Condoms
Jien inbagħti bl-anzjeta’ u waqt is-sess spiss taqbadni tensjoni kbira. Dan il-prodott jgħinni nħossni aktar komda. L-aqwa sess li qatt kelli kien b’ dawn il-prodotti!
Konsumatriċi ta’ Durex Lube
Tidher klassika! Vera togħġobni l-għamla tagħha, matta b’ tarf kulur id-deheb. Grazzi għal din l-għamla, żewġi ma jħossux skomdu 🙂 anzi ma jiddejjaq xejn jinvolvi ruħu…
Fiha ħafna ssettjar differenti ta’ vibrazzjonijiet, saħħa u ‘patterns’, kollha kemm huma eċitanti u utli! Ill-prodott jasal għandek b’ mod diskret, jinkludi l-istruzzjonijiet għal min iħoss il-bżonn għal dawn, u għandu miegħu borża ħelwa żgħira li fiha tista żżomm lil din il-ħabiba ġdida. L-aqwa prodott ta’ din l-għamla li qatt ipprovajt s’ issa, nirrakkomandaha definittivament!
Konsumatriċi ta’ Yicoco Wand Massager
Mela, minn fejn ħa nibda? Jiena mara ta’ daqs pjuttost kbir, iżda b’ din inħossni assolutament ta’ l-għaġeb! Ma tidhirx irħisa iżda pjuttost lussuża u moderna. Komda ħafna u vera ħelwa! Eleganti u sexy!
Konsumatriċi ta’ RZS Lingerie
Anna Catania (MCouns PG Dip fit-Terapija dwar il-Psikosesswalita’ u r-Relazzjonijiet. Anna hija ‘counsellor’ specjalizzata fuq is-sesswalita’ u r-relazzjonijiet. Hija tipprovdi pariri lill-individwi u koppji li qed jesperjenzaw problemi bis-sesswalita’, relazzjonijiet u intimita’.
Għal aktar informazzjoni dwar Anna kif ukoll lista ta’ artikli miktuba minnha fuq Wham agħfas hawn