Share the love

Bla dubju ta’ xejn, il-pandemija Covid-19 ħalliet impatt negattiv fuq negozji żgħar madwar id-dinja, inkluż f’Malta. Għalhekk, l-aħjar ħaġa li tista’ tagħmel hija li tixtri r-rigali tiegħek minn ħwienet lokali. Li tkun konsumatur infurmat huwa l-unika mod li bih tkun tista’ tixtri b’mod etiku u sostenibbli. Għalhekk aħna lestejna lista ta’ negozji ġenwina: negozji lokali mmexxija minn nisa Maltin. Meta tissapportja negozju ta’ mara tkun qed tissapportja lin-nisa kollha fl-istess ħin: din isservi bħala forma ta’ tama, sapport u emanċipazzjoni. Issapportja negozji lokali mmexxija min-nisa dan il-Milied. Kun festiva, femminista u ġusta ma dawn id-ditti…

Gaia & Nina 

Id-ditta tad-disinjatriċi lokali Francesca Pace hija msemmija għaż-żewġ uliedha. L-ilbiesi sbieħ magħmula bl-idejn għall-bniet joffru ħwejjeġ impekkabbli li joħolqu memorji li ma jintesew qatt, taż-żmien sabiħ li tqatta’ mat-tfal żgħar tiegħek.

Il-kollezzjoni tax-xitwa tal-marka Gaia & Nina għas-sena 2021 toffri kollezzjoni ta’ ħwejjeġ ħerġin minn dinja fantastika tax-xitwa u l-festi relatati, u ħrejjef tal-fantasija. Il-kuluri tagħhom jirriflettu l-materjal sabiħ li jsaħħan tagħhom. Dan jagħmilhom rigali ideali għal kull tifla li tħobb il-moda.

Żur is-sit https://gaiaandnina.com/ 

Fata Morgana

Qed tfittex rigal għal xi ħadd ‘vegan’ u li jħobb juża żjut-essenzjali? Jew forsi tixtieq tagħti xi rigali lilek innifsek wara xi diżappunti li ġabet magħha s-sena 2020? Minn sapun ‘vegan’ u artiġjanali, u ġojjellerija tal-kristall, għal ‘smudge sticks’ u inċens, Fata Morgana toffrilek varjeta’ ta’ prodotti li żgur se jolqtu l-għażla tiegħek!

Fata Morgana huwa negozju virtwali maħluq u mmexxi minn Rosalind Dougall li jiffoka fuq temi Pagani u tal-Fantasija. Hija tmexxi l-ħanut tagħha minn Ħal Tarxien, fejn għandha kamra ddedikata għal prodotti li tbiegħ f’darha stess. Kull min ikun interessat jista’ jagħmel appuntament magħha u jżur dan il-post biex jara l-prodotti kollha offruti.

Tista’ tara l-prodotti offruti ta’ Fata Morgana hawn:

Instagram: @fata.morgana.malta 

Facebook: http://www.facebook.com/fata.morgana.malta

‘Blog’: http://blog.fatamorganamalta.com

Denise Caruana Services

Minn ċikkulata sa konsulenza, l-għan ta’ ‘Denise Caruana Services’ huwa li saħħtek tibqa’ fl-aqwa tagħha. Is-sit ta’ Caruana jinkludi kemm sessjonijiet relatati mas-saħħa mentali kif ukoll għażla vasta ta’ rigali personalizzati u varjeta’ ta’ prodotti, li jinkludu prodotti tad-ditta Babor għall-kura tal-ġilda, kotba, ċikkulata, prodotti tal-Aromaterapija ta’ Stephen Cordina, weraq tat-te’ u aċċessorji, ‘bath salts’ u ħafna ħafna aktar.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit http://denisecaruanaservices.com!

support local women-owned businesses

Fold

Fold rat il-bidu tagħha minn ħbieberija ta’ bejn Suzi u Tina. Flimkien dawn iż-żewġ artisti żgħażagħ Maltin jipproduċu kull element tal-marka tagħhom; mid-disinn, sal produzzjoni u r-reklamar.

Ispirati mill-post bieżel ta’ Barċellona (ovjament qabel ma feġġ il-COVID-19), il-basktijiet żgħar ta’ Fold iżommuk sikur u fl-istess ħin bi stil, b’kombinazzjoni ta’ togħma ta’ moda u prattiċità. Dawn il-basktijiet huma versatili ħafna u jikkumplimentaw kull stil: għażla sikura sabiex tingħata bħala rigal dan il-Milied.

https://itsfold.com/

Marpesia & Co.

Wara 10 snin ta’ riċerka tal-istorja, ‘props’ u xogħol bħala dekorazzjoni għas-‘settijiet’ tal-films, il-persuna kreattiva’ li ħalqet Marpesia & Co, Martina Gullaumier, marret tgħix Londra fl-2017 biex taħdem fuq żewġ xewqat li kellha. Hija rċeviet diploma fil-ġojjellerija tal-fidda mill-Iskola tal-Ġojjellerija f’Londra, fejn tgħallmet kif taħdem f’laboratorju kif ukoll b’numru ieħor ta’ tekniki li jistgħu jintużaw. Hija kienet tmexxi ‘stall’ li fiha kienet tbiegħ xogħolha fil-‘Portobello Road Designer’s Market’.

Imsemmija wara l-aqwa reġina t’amazon, Marpesia & Co joffru ġojjellerija sabiħa u oġġetti dekorattivi li jintlibsu fuq ir-ras, ispirati mill-istorja, li jbiddlu kwalunkwe tibdila f’waħda perfetta. Agħżel xi ħaġa mill-kollezzjoni vasta tagħhom għal ħbiebek dal-Milied!

https://www.facebook.com/MarpesiaAndCo/

Bonnymia

Ibbażata fir-Renju Unit, l-artista Maltija Bonnymia ħalqet kollezzjoni personalizzata u vibranti ta’ ‘boards’ tal-injam tal-ġobon, ‘bowls’ u aktar. B’ varjeta ta’ prodotti personalizzati, Bonnymia tgħaqqad kuluri u disinji tradizzjonali lokali, u bihom toħloq kombinazzjoni sabiħa ta’ storja u estetika moderna f’rigali addattati għal kull ospitant iddedikkat.

Instagram: bonnymiaart

Facebook: Bonnymia

Mvintage

Bħala marka ta’ ġojjellerija Maltija, Mvintage taf is-suċċess tagħha lill-prospetti uniċi tagħha fuq il-ġojjellerija, u l-mara speċjali warajha. Il-fundatriċi u disinjatriċi Krystle Penza ħalqet din il-marka minn sempliċiment ħolma f’isem magħruf minn kull Malti u Maltija. Bil-passjoni tagħha għall-arti u l-moda flimkien max-xewqa tagħha li tħalli wirt sabiħ għat-tifla tagħha, Krystle żviluppat Mvintage f’komunita’ ddedikata li tagħti stil u sapport lin-nisa.

Bump & Me

Bump & Me huwa ‘boutique’ onlajn Malti maħluq minn omm li taħdem mid-dar. Rachel timporta u tbigħ prodotti impekkabbli u ta’ kwalita’ tajba għal ġenituri kif ukoll għal tfal mit-twelid sa għaxar snin. Hawn tista’ ssib kollox, minn ħrieqi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, għal ‘menstrual cups’, ħwejjeġ sostenibbli, ġugarelli tal-injam, u anke ‘rattan baskets’. Ixtri onlajn mingħand Bump & Me; għandek l-għażla li tiġborhom inti jew li tagħmel użu mis-servizz tad-‘delivery’ f’Malta u Għawdex.

www.bumpandme.com.mt

Filwaqt li l-Covid-19 sar qisu l-‘Grinch’ li seraq il-Milied, inti xorta tista’ tibqa’ xxerred l-ispirtu tal-festi u tissapportja negozji mmexxijja minn-nisa billi tixtri r-rigali tiegħek mingħand dawn in-negozji lokali tajbin!

Għandek negozju li tixtieq tippromovi fuq wham? Imla din il-formola jew ibgħatilna imejl fuq [email protected]


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *