Nisa jirritornaw lejn l-istudju: Vjaġġ ta’ trasformazzjoni u skoperta personali…
Qatt ikkunsidrajt il-possibilta’ li terġa tibda tistudja? Forsi m’intix ċerta jekk l-esperjenza ta’ kulleġġ jew universita’ ‘full-time’ hix tajba għalik? Qatt ikkunsidrajt tapplika għal kors iddisinjat biex jaddatta madwar ir-responsabbiltajiet u l-impenji li diġa’ għandek? Kors bl-għan li jgħinek ittejjeb il-kapaċitajiet tal-ħajja li diġa’ għandek?
Kollha kemm aħna smajna bit-terminoloġija ‘lifelong learning’, imma min minna jista’ verament jifhem xi jrid ifisser dan il-kunċett? Dan il-kliem narawh ta’ spiss fuq il-medja soċjali: jinstema’ fl-aħbarijiet ewlenin u jidher bħala lingwaġġ edukattiv. Imma xi jfisser għalik u għalija?
Nisimgħu b’ ħafna definizzjonijiet li ta’ spiss iwasslu għal konfużjoni u ħsibijiet negattivi, li jġorru magħhom konnotazzjonijiet relatati ma’ l-iskola u rikollezzjonijiet ta’ studju stressanti. Ftit li xejn għandna memorji sbieħ ta’ żmien l-iskola. Madankollu, dan ma jfissirx li m’għandiex niftakru fil-fatt li jekk intejbu l-kapaċitajiet, l-għarfien u kompetenzi matul il-ħajja adulta tagħna, jaffettwa l-mod ta’ kif inħossuna bina nfusna. Fl-aqwa żmien, il-ħajja moderna tista’ tippreżentalna ħafna sfidi: l-effetti tal-globalizzazzjoni u l-bidliet mgħaġġlin li ngħaddu minnhom fil-ħajja personali u professjonali tagħna jwassluna għall-konfront tal-bidliet li jkunu quddiemna. L-abbilta’ li naddattaw ruħna għal dinja li l-ħin kollu tinbidel, tinvolvi l-kapaċita’ li b’ suċċess nirfinaw il-kapaċitajiet li kellna sa minn qabel.
Jekk int ġenitur li qed tikkontempla tirritornax lura għax-xogħol, jew forsi diġa’ qed taħdem iżda tħoss li l-passjoni tiegħek qiegħda f’karriera differenti, tista’ tikkunsidra taħriġ vokazzjonali bħala għażla ideali għalik.
“Il-pjaneta tagħna mhux se ssalva sakemm ma tkunx pjaneta ta’ tagħlim, u żvilupp sostanzjali jinkiseb mit-tagħlim li jiġi akkwistat fil-ħajja”
Walters, 2010
Għandna t-tendenza li naħlu ħin mill-ħajja adulta tagħna naħsbu li aħna kbar wisq biex nirritornaw lura lejn l-edukazzjoni, jew li ż-żmien mhux ideali, jew forsi l-memorji tagħna ta’ żmien l-iskola joħolqu emozzjonijiet ta’ ħajja bla waqfien. Tkun xi tkun ir-raġuni, qatt m’hu tard wisq u qatt m’hu se jkun hemm l-aqwa żmien għal bidla. Jekk hemm ħaġa waħda li l-Covid-19 u l-instabbilta’ tas-sena 2020 urewna, hija li l-affarijiet sempliċi fil-ħajja jfissru ħafna, u fost dawn insibu l-iżvilupp personali.
Taħriġ vokazzjonali m’huwiex bħal skola, iżda huwa vjaġġ li fih niskopru lilna nfusna, nerġgħu inrawwmu l-kapaċitajiet u l-kompetenzi tagħna waqt li noħolqu ideat ġodda u ninterpretaw informazzjoni riċenti. Taħriġ vokazzjonali jagħtina l-opportunita’ li ningħaqdu mal-komunita’ ta’ tagħlim, naqsmu l-esperjenzi tagħna u noħolqu l-opportunita’ li nevolvu b’ mod aħjar. Jagħtina t-tieni ċans li naġġornaw il-prospettivi professjonali tagħna. It-taħriġ vokazzjonali jpoġġi lilek l-istudenta fil-qalba tal-programm, fejn permezz tiegħek jiġu ċċelebrati d-diversita’ u l-individwalita’.
Avanza Academy taf il-bidu tagħha lil grupp t’individwi minn stadji differenti tal-ħajja, b’esperjenzi akkademiċi u professjonali minn passat differenti. Hija ċ-ċentru tal-eċċellenza għall-iżvilupp tal-għarfien, il-karriera u l-edukazzjoni tal-individwu. Hija toffri varjeta’ ta’ korsijiet għal dawk li jixtiequ jkabbru l-kapaċitajiet tagħhom u jkollhom aktar suċċess fil-ħajja. Il-‘portfolio’ tal-korsijiet huwa magħruf u akkreditat mill awtorita’ lokali ‘National Commission for Further and Higher Education’ (NCFHE).
Wara li l-ewwel sena ntemmet b’suċċess, l-‘Award in Early Years Development, Education and Care (MQF Level 4)’ tagħna se terġa tiġi mnehdija x-xahar li ġej. Din hija opportunita’ għal differenza reali, biex taħdem mal-iżgħar ċittadini filwaqt li tipprovdi spazju ottimu għall-iżvilupp u t-tagħlim. Għalhekk, għala ma tippruvax tiskopri xi ħaġa ġdida din is-sena?
Aktar Informazzjoni
Dan il-kors jiswa €1,200.00 għal sena sħiħa, u jinkludi l-materjal kollu tal-kors u servizzi supplimentari tal-istudenti.
Jekk tixtieq tattendi dan il-kors u m’għandekx finanzi biżżejjed biex tħallas l-ammont meħtieġ, jekk jogħġbok ikkuntattja lil-‘Women for Women Foundation’ biex tara jekk intix eliġibbli għal ‘sponsorship’ fuq [email protected]
Avanza toffri wkoll applikazzjoni b’xejn għall-‘GetQualified Scheme’.
Studenti li jtemmu l-kors b’suċċess jirċievu tnaqqis ta’ taxxa ta’ 70% tal-ammont li jiswa l-kors.
Għall aktar informazzjoni tista’ tikkuntattja lill-Avanza Academy:
[email protected] | http://avanza.com.mt | (356) 2149 8994 | facebook.com/avanza.com.mt