Share the love

Riċentament, aħna ta Wham iltqajna mal-artista Selina Scerri, wara li rajna xogħlha waqt li konna qed nintervistaw mara oħra ispirazzjonali…. Ħassejna l-bżonn li nsiru nafu aktar dwar il-mara li jirnexxilha toħloq pitturi “maġiċi” ta’ daqs kbir.

Francesca: Għidilna ftit fuqek innifsek.

Minn dejjem ikkumparajt lili nnifsi ma Peter Pan. Mhux għax persuna qatt ma tikber, imma għax nara lili nnifsi bħala tifla li qatt ma kibret. L-unika mod li bih ħassejt li stajt insalva lili nnifsi f’din id-dinja huwa li nemmen fil-maġija u npitter. Ilħaqt artista professjonali fl-2007 u kelli ‘studios’ differenti madwar l-Ewropa, inkluż fl-Ingilterra, l-Italja u Spanja. Bħalissa għandi post żgħir u ħelu f’Senglea. Għandi t-tendenza li nkun veru selettiva rigward in-nies li nħalli jidħlu f’dari u ma tantx nieħu gost ninvita n-nies. Għalija, l-istudio huwa qisu ‘shrine’. Ċerti nies ma tantx jifmuha din, imma jien infittex li noqgħod waħdi meta nkun qed naħdem. Is-solitudni tnissel fluss kreattiv fija u il-proċess tat-tpenġija huwa meditazzjoni li sseħħ fl-i’shrine’ tiegħi.

Francesca: Minn fejn iġġib l-ispirazzjoni u kif tipproċessaha?

Għamilt żmien twil naqra ħafna stejjer qosra fuq ir-realiżmu tal-maġija, biex nesperjenza dik is-sorpriża u l-eċitament kull meta niskopri xi ħaġa t-tip ta’ “xi jkun ġara hawn?!”. Kafka, ‘Master and Margarita’, ‘The man who could walk through walls’, u ovjament ‘Don Quixote’, biex inkun semmejt ftit, huma sorsi t’ ispirazzjoni għalija.

Minn meta seħħ l-aċċident li fih ftit snin ilu spiċċajt ksirt l-għadma ta’ ġenbejja, bdejt infittex f’manuskritti maġiċi, ‘podcasts’ u ‘spells’ ta’ dawk imsejħa sħaħar moderni bħala sors t’ispirazzjoni. Wieħed jista’ jara dan rifless fil-pitturi tiegħi, dejjem b’tema differenti. Nimmaġina li xi wħud jirnexxilhom jinnutaw dik il-ftit maġija fil-pitturi tiegħi, imma dan ma nagħmlux biex jintogħġob, iżda għax fih insib il-ferħ. Biex naqsam ma’ ħaddieħor dan il-ferħ. Inpitter biex ngħatti l-marki tal-ħajja u nirbaħ l-ostakli.

Meta sirt omm iggwadanjajt effett profond ieħor għal pitturi tiegħi. Tgħallimt li affarijiet tajbin jieħdu ż-żmien biex jikbru w’ jiżviluppaw u jirfinaw.

Francesca: X’temi tħobb tesplora?

Bħalissa qed nesplora d-domestiċita’ kontra l-monotonija billi nipprova nitfa’ dawl ġdid fuq il-vażuni mimlijin bil-fjuri, u nimlihom b’karattri maġiċi. Realiżmu maġiku … il-maġija u aktar maġija u ‘glitter’ u ‘fairies’…

Francesca: Għandek xi stil partikolari li jiddefinixxik?

Iva, l-istil li jiddefinixxini jinkludi stampi ta’ maġija, ‘flowy’ u tal-ħolm, tal-fjuri, u l-‘fairies’ u t-tigri .. jew il-qtates u ż-żwiemel. Il-figura tal-mara tidher frekwentament fil-pitturi tiegħi għaliex huwa l-mod ta’ kif nimmaġina li jidhru l-‘fairies’.

Francesca: Xi tħobb tuża bħala ‘medium’ u x’inhu d-daqs li tħobb tpitter l-aktar?

Bħalissa qed nagħmel il-‘masters’ fl-illustrazzjonijiet u qed nitgħallem it-‘tattooing’ u dan juri kemm il-ħin kollu nfittex biex inbiddel il-prattika tiegħi f’modi differenti. Ma nistax nistenna biex nitgħallem biżżejjed fuq l-illustrazzjonijiet u ‘tattooing’ biex inkun nista noħloq id-disinni tiegħi fuq xi ġisem. Diġa’ sirt affaxxinata bil-ħoss tal-labra hi u tibbażżja.

Imma m’hemm xejn jogħġobni aktar minn pittura ta’ daqs kbir. Fil-pitturi, li nagħmel b’kull tip ta’ materjal disponibbli, nibrilla f’daqsijiet kbar ħafna. Dawn jistgħu ikunu tqal biex tpoġġihom fi djar moderni u li tagħtihom prezz raġonevoli, imma ma nistax nagħmel mod ieħor.

Verament nieħu gost jekk xi darba nkun fil-pożizzjoni li nagħmel arti kbira ta’ daqs 600 b’ 600 jew aktar. Diġa’ ħdimt fuq ‘murals’ kbar, imma naħseb jekk naħdem fuq xi ħaġa ferm ikbar tkunli esperjenza tassew speċjali.

Għalkemm qed ngħid hekk, qed naħdem ukoll mal-esebizzjoni sabiex ikolli edizzjoni iżgħar ta’ ‘prints’ tal-‘aluminium’ ta’ xi ftit mill-arti tiegħi sabiex tkun tista’ titgawda f’postijiet iżgħar.

Francesca: Għidilna fuq l-aħħar kollezzjoni tiegħek.

Din il-kollezzjoni nħoss li hija l-aħjar waħda li qatt għamilt fil-karriera tiegħi. Bdejtha fi żmien ta’ kontemplazzjoni, fejn kelli naħrab mis-soċjeta biex naħdem fuq il-ħajja privata u l-emozzjonijiet tiegħi, u saret simbolu tal-perseveranza u awto-realizzazzjoni u ferħ.

Kont fortunata biżżejjed li ġejt mogħtija ħafna sapport minn sħabi u professjonisti waqt dan iż-żmien, u poġġejt l-esperjenza kollha tiegħi fil-prattika. Il-kollezzjoni, li jien semmejt ‘Efflorescence’, tieħu t-tradizzjoni tal-pitturi ‘still-life’ u tesplora vażun sempliċi tal-fjuri f’idjom kontemporanju. Użajt stampi li sibt u fjuri vera bħala referenza. Pittirt bukketti ta’ fjuri ikbar mir-realta’, esplorajt materjal u rappreżentazzjonijiet ta’ fjuri differenti bit-tpenġija. Ir-riżultat jirrifletti l-ħtieġa kontemporanja u profonda li nerġgħu ningħaqdu man-natura. Biex napprezzaw l-abitat naturali li ħafna drabi huwa nieqes fil-ħajja kożmopolitana tagħna.

Il-kollezzjoni kollha kienet impittra waqt il-perjodu tal-lockdown tal-‘coronavirus’ u x-xewqa li ningħaqdu man-natura, u l-‘bubbles’ protettivi madwar il-figuri femminili jirriflettu dan il-perjodu. Waqt li nħares lejn il-fjuri u nammira kull ħaġa dwarhom, kif ukoll inżid xi ftit maġija u nieħu gost inkun dak li jien… dan kollu hu li tirrifletti din il-kollezzjoni.

Francesca: Kif inbidlet il-prattika tiegħek maż-żmien?

Meta kont għadni iżgħar, xogħli kien fil-biċċa l-kbira figurattiv, kien juri tfajliet żgħar immaġinattivi f’ambjent tal-ħolm u tal-‘fairy tales’. Din il-fażi damet għal ħafna żmien. Il-punt tal-bidla fil-prattika tiegħi seħħ meta kont ikkommissjonati mill-Kumpless tal-Embassy fit-2018, biex nagħmel installazzjoni fil-Belt Valletta, fejn għamilt ‘trail’ ta’ strixxi trasparenti tad-drapp, kollha kkuluriti, b’idejja, li ħalqet tip ta’ mina kkulurita li tieħdok f’dimensjoni oħra. L-arti tiegħi kienet twila madwar 23 metru u kienet installata fi triq Ssanta Lucia. Minn dak iż-żmien l-hawn, il-kuluri għalija saru aktar jixgħelu u fl-istess ħin aktar ikkontrollati. Issa li sirt omm naħseb li dawn l-emozzjonijiet ta’ ferħ li jagħtini t-tifel tiegħi qed jinbidlu f’bukketti ta’ fjuri.

Francesca: X’inhuma l-pjanijiet għall-futur tiegħek?

Għandi xi pjanijiet oħra sabiex nesplora l-arti u l-kreattivita’ u proċessi xjentifiċi ġodda….. imma l-pjan tiegħi għall-futur huwa sempliċi – nixtieq biss li nkun ferħana.

Francesca: Fejn nista’ nara xogħlok?

Il-kollezzjoni tiegħi se tiġi esebita fil-111 Art Gallery il-Gzira u Ta’ Xbiex, għal ġimgħatejn, jibdew mill-lejl tal-ftuħ fid-9 t’Ottubru sat-23 t’Ottubru. Ix-xogħol kollu tiegħi se jkun disponibbli fl-istess ħin onlajn. Għal aktar informazzjoni, żur www.111art.gallery jew  www.artsy.net/show/111-art-gallery-efflorescence.


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *