Share the love

Doctors for Choice Malta, Women’s Rights Foundation u Women for Women bi pjaċir iħabbru t-tnegħid ta’ inizjattiva konġunta: il-Family Planning Advisory Service (FPAS) Malta.

FPAS huwa l-ewwel helpline u servizz t’ informazzjoni hawn Malta li jirrispetta l-għażla ta’ kull persuna li tagħmel l-aħjar deċiżjoni għas-saħħa riproduttiva tagħha. Is-servizz huwa pprovdut minn voluntiera mħarrġa, bis-sapport ta’ professjonisti mediċi u soċjali.  It-telefonati huma bla ħlas.  Permezz ta’ dan is-servizz, persuni li jagħmlu kuntatt magħna ħa jirċievu informazzjoni rriċerkata fuq is-saħħa riproduttiva tagħhom u l-għażliet li jistgħu jagħmlu, inkluż informazzjoni fuq kif taċċessa abort sigur u kontraċettivi.  Il-voluntiera ta’ FPAS huma kollha favur l-għażla u jistgħu jgħinu lil klienti tkun xi tkun id-deċiżjoni tagħhom.

L-għan ta’ FPAS huwa li jegħleb it-taboo u d-diffikultajiet biex jgħinu lil persuni f’Malta, speċjalment nisa, jaċċessaw servizzi ta’  saħħa riproduttiva li għandhom bżonn.  F’Malta, fejn id-drittijiet riproduttivi għadhom lura meta kkumparati ma’ pajjiżi Ewropew, ħafna nisa jsibuha diffiċli biex isibu nformazzjoni fattwali u bla ġudizzju fuq is-saħħha riproduttiva, anka mis-servizzi uffiċjali tas-saħħa. Kien għalhekk ħassejna l-bżonn li nniedu das-servizz.

Il-klienti jistgħu jikkuntattjaw lil FPAS billi jċemplu fuq il-helpline 22782758, mic-chat fuq il-website u permezz ta’ email fuq [email protected].   Min iċempel jista’ jistaqsi biex ikellem voluntiera bil-lingwa li jippreferi.  Il-lingwi li bħalissa nistgħu noffru huma l-Malti, l-Ingliż, Taljan, Spanjol, Serb, Ġermaniż, Russu u Għarbi. Kull komunikazzjoni tinżamm taħt kunfidenzjalita’ stretta.  Iktar informazzjoni tinstab fuq il-paġna: www.fpasmalta.info

Għal kummenti jew intervisti:

Dr Christopher Barbara, Doctors for Choice

Dr Andreana Dibben, Women’s Rights Foundation 77314283

FPAS press release

Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *