‘Europa Donna Malta’ huwa grupp li jippromwovi u jissapportja lil dawk l-indiviwi li qed jiġġieldu l-kanċer tas-sider, u l-membri jinkludu pazjenti, sopravissuti u membri tal-familji tagħhom. Ilna nissapportjaw kemm nisa kif ukoll irġiel għal dawn l-aħħar 30 sena. Meta persuna tingħata dijanjosi tal-kanċer tas-sider, ikollha bżonn is-sapport waqt il-vjaġġ speċjalment wara xi operazzjoni u trattament. Hawnhekk jidħol il-grupp ‘Europa Donna Malta’.
Aħna noffru konsultazzjonijiet minn konsulenti professjonali, kif ukoll norganizzaw sezzjonijiet fi gruppi fejn il-membri jkunu jistgħu jaqsmu l-istejjer u l-esperjenzi tagħhom ma’ xulxin. Aħna norganizzaw lekċers għall-professjonisti tas-saħħa kif ukoll għall-pubbliku ġenerali biex inqajmu kuxjenza. Is-servizzi tagħna huma kollha b’xejn u huma organizzati minn voluntiera.
Din is-sena, minħabba l-pandemija, il-karitajiet tal-kanċer tas-sider ta’ madwar l-Ewropa kellhom iħassru l-avvenimenti kollha li kienu ppjanaw. Għal din ir-raġuni, aħna ġejna invitati mit-‘Think Pink Europe’ biex ningħaqdu mar-‘Race of the Cure 2020’.
‘Race for the Cure 2020’ hija tiġrija diġitali li qed isseħħ fi 22 pajjiż Ewropew. Minħabba l-fatt li l-avvenimenti relatati mas-saħħa tas-sider ġew ipposponati jew ikkanċellati, ir-‘Race for Cure 2020’ se tgħaqqad is-sopravissuti flimkien, familji u ħbieb għall-mixja 3K jew ġirja 5K fl-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Settembru biex jiġu ssapportjati dawk il-persuni li rebħu l-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider, dawk li kienu affetwati mill-kundizzjoni u wkoll biex jiġu mfakkra dawk li sfortunatament għaddew għall-ħajja ta’ dejjem.
Ir-reġistrazzjonijiet u d-donazzjonijiet li se jiġu miġbura minn din il-ġirja virtwali se jiġu distribwiti għand il-gruppi ta’ sapport li qed jipparteċipaw, organizzazjonijiet u sptarijiet iddedikati biex jgħinu pazjenti bil-kanċer tas-sider. Fosthom se jkun hemm ‘Europa Donna Malta’.
Dawk li se jingħaqdu mat-tiġrija jistgħu jaqbżu jew jiġru fejn iħossuhom sikuri, saħansitra anke ġewwa fuq ‘treadmill’, jew fil-‘gym’ bħala tim ta’ ħbieb, membri tal-familja, kollegi, filwaqt li josservaw il-linji ta’ gwida tal-‘COVID-19’. Informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tista’ tinstab b’mod faċli billi tagħfas fuq il-link: https://www.raceforthecure.eu/en/Participate/Info.
Apparti dan, aħna ninkoraġġixxu lill-parteċipanti biex jgħinuna noħolqu ‘big pink online buzz’ billi jaqsmu l-‘workouts’ tagħhom, il-ħwejjeġ roża tagħhom, meta jiltaqgħu flimkien fuq il-midja soċjali, billi jużaw il-‘hashtag #RFTC2020’ biex nispiraw oħrajn jingħaqdu magħna. Vidjow li jippromovi l-avveniment jista’ jiġi xxerjat mill-link: https://www.facebook.com/EuropaDonnaMalta/videos/2692043681114450
‘Europa Donna Malta’ se tiġi wkoll innominata għall-‘Hero of the Day Award’ lin-nisa u rġiel li huma ambaxxaturi għas-sapport kbir li wrew lil komunita’ billi jqajmu kuxjenza dwar is-saħħa tal-mara u kwistjonijiet oħra mportanti. Il-link tal-‘Hero’s team’ se jiġi ppubblikat għal dawk li jistgħu jgħinu billi juru s-sapport u jisponsorjaw il-parteċipazzjoni tagħhom fir-‘Race for the Cure 2020’.
Biex tingħaqad u turi s-sapport tiegħek lejn ir-‘Race for the Cure’, tista’ tirreġistra fuq www.raceforthecure.eu u għal aktar informazzjoni tista’ tidħol fuq https://www.facebook.com/EuropaDonnaMalta