L-Imħabba Bla Qies Ta’ l-Omm – Jack
Minn eta’ żgħira ħafna ridt li jkolli tarbija. Fl-1998 bdiet l-isfida tiegħi sabiex nipprova ninqabad tqila…. Sa’ l-2004 kont eżawrita! Kont ipprovajt kollox. Semmi li trid, u kont għamilt. Bdejt bil-pilloli tal-fertilita’ imbagħad qlibt għat-titqib sabiex inkun aktar fertili, u wara pruvajt tipi oħra ta’ trattamenti t’ormoni, raxkamenti, tindif tat-tubi fallopjani, aktar raxkamenti, inseminazzjoni artifiċjali, imbagħad għal aktar affarijiet ikkumplikati bħall-IVF. L-ewwel esperjenza tiegħi tal- IVF seħħet ġewwa New York. Din ma kinitx suċċess u jien spiċċajt imkissra. Ma stajtx naffaċċja tqala oħra li ma rnexxietx, test ieħor tat-tqala fin-negattiv, dipressjoni oħra u, aktar tħabbil tal-moħħ fuq kif kont ser inġib aktar flus biex nagħmelRead More…