Aktar

Pink October, magħruf ukoll bħala x-xahar għall-għarfien dwar il-Kanċer tas-Sider, hija inizjattiva globali li tfittex li tqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider, tinkoraġġixxi t-testijiet, u tappoġġja lil dawk milquta minn din il-marda li tbiddel l-istil ta’ ħajja li jgħixu.Read More…

GBS Awareness Group B Streptococcus Disease

“Ħassejtni fis-seba’ sema hekk kif kont qed nitpaxxa nħares lejn it-tarbija tiegħi…ma kellix idea li fi ftit tal-ħin kont se nirċievi aħbar daqstant xokkanti! Il-GBS qalbitilna ħajjitna ta’ taħt fuq…” Bħala omm għaddejt minn trawma. Din hija l-istorja tiegħi.  Fit-3 ta’ Diċembru 2019 eżatt fl-4:05 ta’ filgħodu, żewġi u jien ilqajna lil bintna għall-ewwel darba – tarbija tassew sbejħa. It-tnejn li aħna konna ferħanin se ntiru! Imma fl-istess ħin konna qisna għadna f’ħolma, għax it-tifla ċkejkna tagħna kienet waslet 4 ġimgħat qabel id-data mistennija.  Ir-rigal tal-Milied kien ingħatalna kmieni dik is-sena – iżda xejn ma konna nafu dak li kien hemm lest għall-familja tagħna! FilwaqtRead More…

emergent curriculum

Il-kurrikulu emerġenti huwa approġġ ta’ tagħlim organiku li jgħin fl-iżvilupp ta’ tfal ċkejknin.  Dan l-approġġ, li hu relattivament ġdid u li qiegħed jikber u jevolvi kontinwament, qiegħed jiġi ntrodott mill-għalliema fl-istadji bikrin tat-tfulija. Il-kurrikulu emerġenti jġib il-quddiem il-kollaborazzjoni bejn it-tfal u l-edukaturi, billi jagħtihom vuċi. L-għalliema jiġu mħeġġa jibnu fuq dak li jogħġob lit-tfal u dak li jinteressahom u b’hekk ikabbar fihom ir-rispons. F’dan il-kuntest, l-edukatur jassumi wkoll irwol li bih jiffaċilita l-integrazzjoni, josserva dak li jkun qed jiġri, u jagħti lit-tfal iż-żmien biex jiskopru, jfittxu fil-fond u jkabbru l-kostruzzjoni tat-tagħrif billi jippjanaw l-attivitajiet tagħhom fuq bażi ta’ dak li jinteressa jew dak ukoll liRead More…

fathers and online schooling

Ftit ġranet wara l-pubblikazzjoni tal-artiklu tiegħi L-Online Schooling f’Malta u l-Effett Devastanti Tagħha Fuq l-Ommijiet, ċertu nisa rreaġixxew b’mod negattiv minħabba li skond huma, l-effett ta l-iskola onlajn mhux biss qed jinħass mill-ommijiet li jaħdmu, iżda minn kull omm u missier. U għandhom raġun. Bħala kittieba ffukajt fuq l-effetti devastanti ta l-iskola onlajn fuq l-ommijiet, iżda nsejt lill-ħafna missirijiet li huma involuti b’mod attiv f’kull aspett tat-trobbija t’uliedhom, inkluż l-edukazzjoni, u ta’ dan niskuża ruħi. Missier partikolari kkuntattja lili direttament b’reazzjoni għal dak li ktibt fl-artiklu preċedenti tiegħi. Hu qasam miegħi din is-sitwazzjoni iebsa minn lenti ta’ missier… “Il-missirijiet qed ibagħtu minħabba din is-sitwazzjoni daqsRead More…

online schooling in malta

Kienu ħafna li beżgħu mill-għeluq tal-iskejjel għal xhur sħaħ għal raġunijiet ovji, iżda reġa’ ġara l-istess. Mill-15 ta’ Marzu 2021 ġie ntrodott l-online schooling f’Malta għat-tfal kollha li jattendu l-iskola, bil-ħsieb li jiġi tiġi kkontrollata l-imxija tal-COVID-19 fil-gżejjer Maltin waqt il-proċess nazzjonali tal-vaċċinazzjoni. Sfortunatament din id-deċiżjoni ħolqot tensjoni, insigurta’, instabbilta’ u stress fuq ħafna familji bit-tfal. L-aktar milquta minn din id-deċiżjoni huma bla dubju ta’ xejn l-ommijiet li jaħdmu. Ħafna ommijiet ħassew il-bżonn li jiftħu qalbhom dwar il-problemi marbuta ma din l-istrateġija fuq il-medja soċjali, inkluż fuq il-grupp ta’ Facebook Women for Women (Malta). Minn dawn il-messaġġi jidher biċ-ċar li l-ommijiet qed iħossuhom mifnija uRead More…

preimplantation genetic diagnosis

Jiena mara maltija ta’ 38 sena li ngħix barra, fil-bidu kelli djanjożi t’ infertilità mingħajr spjegazzjoni meta kelli 33 sena u ta’ 37 kelli djanjożi ta’ endometrijożi, li tat ir-raġuni għall-intertilità.  Mill-vjaġġ twil tal-IVF (in vitro fertilization) li għaddejt minnu, nixtieq nagħti ftit dawl għaliex huwa kruċjali li jiġi ttestjat l-embrijun – dan il-proċess mediku hu magħruf bħala Preimplantation Genetic Diagnosis PGD. (Djanjosi Ġenetika Qabel l-Impjantazzjoni). Sfortunatament, l-ittestjar tal-embrijun bħalissa mhux disponibbli f’ Malta. L-ewwelnett, minħabba li kont fi stadju 4 tal-endometrijożi li kienet mifruxa mal-utru u l-ovarji, kont biss nipproduċi massimu ta’ tlett bajdiet f’kull ċiklu, u dan biss meta kont stimulata u għalhekkRead More…

back to school tips for mums

Aħna u nersqu lejn tmiem l-istaġun tas-sajf aħna l-ommijiet nibdew nimtlew bi ħsibijiet relatati mal-fatt li t-tfal tagħna se jerġgħu jirritornaw lura lejn l-iskola. Ovjament dawn il-ħsibijiet jistgħu iġibu magħhom mewġa t’ansjeta’ – “Għandi bżonn nixtri aktar uniformijiet? Għandna żraben u kalzetti? Żgur għandna bżonn basktijiet, ‘pockets’, fliexken tal-ilma, kaxxi tal-ikel… il-lunches! X’nista nagħmel lit-tifla biex forsi tikolli l-iskola daqs kemm hi ‘picky’ fejn jidħol l-ikel? Nispera li t-tfal jissetiljaw faċilment dis-sena. U ma rridx ninsa-t-trasport u minjaf x’fadalli niftakar aktar…” Għalkemm dan il-kunflitt f’moħħna nesperjenzawh sena wara l-oħra, din id-darba se tkun agħar għal dawk l-ommijiet li żammew lit-tfal id-dar magħhom is-sena l-oħra minħabbaRead More…