Anonymous (Page 3)

never felt like a real woman

Kitba riċenti li qrajt fuq Facebook dwar it-tkabbir tal-individwu fil-biża’ verament laqtitni minħabba li hija mimlija verita’. Jiena mara fil-bidu tal-erbgħinijiet u għandi rabja kbira lejn il knisja rigward il-mod ta’ kif għallmitna l-biża’ minn Alla u mill-infern. Mill-memorji ta’ priedki li dejjem jispiċċaw bit-tbatija gglorifikata għall-premju finali tal-ġenna… għal konnessjoni tan-nisa mal-ħażen kollu. Anke ċ-ċajt relatat ma’ Eva, jew il-messaġġi sottili li jirrakkomandaw li n-nisa jridu jkunu sudditi, ibagħtu l-uġigħ, u bażikament jeżistu biex iġorru u jmantnu lit-tfal, iżommu d-dar fl-ordni, isajru u jissodisfaw lill-irġiel tagħhom. U ovjament, mara tajba ma tgawdix il-pjaċir tas-sess – hija tissaportih biss. Tagħmel dan biex tissodisfa r-raġel uRead More…

fostering in malta

Mhux faċli tkun taf xi kliem għandek tgħid lill-familji li qed jagħmlu ‘fostering’… spiss jiġri li n-nies jgħidu xi ħaġa mhux daqshekk pjaċevoli. Ħa nkun onesta: veru tweġġa’ meta xi ħadd jgħid li t-tifel jew tifla li tkun qed ‘tiffosterja’ huma fortunati, għax tkun taf li il-kelma fortunati m’ hijiex il-kelma addattata biex tiddeskrivi l-uġiegħ li dawn it-tfal ikunu għaddew minnu. Bdejna t-triq tagħna fil-‘foster care’ tliet snin ilu, fejn kellna nattendu kors kif ukoll nagħmlu testijiet psikoloġiċi. Dawn it-testijiet jinkludu żjarat f’ darna u intervisti ma’ sħabna u l-familjari tagħna minn diversi ‘social workers’. Wara dan kollu, ġejna aċċettati, u qalulna li meta jkunRead More…

esperjenza ta' korriment

Kont ili miżżewġa iktar minn sena. Konna bdejna ngħixu flimkien minn aktar qabel. Konna ċerti li lesti għat-tfal, b’ hekk attendejna kull tip ta’ ‘check-up’, adattajna lilna nfusna għal ħajja ta’ kwalita’ aħjar, kif ukoll neħħejna drawwiet li ma kienux ideali. Wara dan kollu, iddeċidejna biex nippruvaw inġibu t-tfal fid-dinja. Qabel dan kollu, ix-xogħol tiegħi kien sar stressanti ħafna, kont inħossni rrid nibki l-ħin kollu u b’ hekk ikkonsultajt ma’ psikjatra. Wara ftit xhur nattendi s-sessjonijiet u nieħu l-kalmanti, bdejt inħossni aħjar, u b’hekk waqqafthom. Minnufiħ sirt naf li kont tqila. F’dak il-mument ħassejt kull emozzjoni possibbli: ħassejtni ferħana, imħawda u xxukkjata fl-istess ħin, iżdaRead More…

Jiena mara ta’ 33 sena bil-HyperPARAthyroidism. Ingħatajt din id-dijanjosi fl-eta’ ta’ biss 30 sena. Testijiet tad-demm li għamilt għall-ewwel darba bħala parti mir-rutina wrew livelli għolja ta’ kalċju, li mal-hyperparathyroidism, jikkawża livelli għolja ta’ ormoni relatati mal-parathyroid kif ukoll livell baxx ta’ vitamina D. Importanti ħafna li meta tagħmlu testijiet tad-demm taraw li dawn jiġu eżaminati b’ reqqa minn xi professjonista. Xi wħud jaħsbu li huwa tajjeb għall-ġisem li jkollok livell għoli ta’ kalċju. Madankollu dan mhu vera xejn! Esperjenzajt diversi ‘scans’ f’ għonqi biex jipprovaw isibu l-glandola, u eventwalment kelli wkoll nitla’ l-Italja biex nipprova ‘scan’ ieħor, u hemm ħareġ ir-riżultat! Ċertu nies jesperjenzawRead More…

Għaddew erbat’ ijiem minn mindu tlaqt minn relazzjoni tossika, vjolenti u abbużiva ma narċiżist. Ħsibt li ser inqatta’ ħajti kollha miegħu u għadni nitħabat. Għandi għoqda kbira fl-istonku għaliex filwaqt li ħajti sfat misruqa, hu baqa’ jgħix ħajtu qisu qatt ma kien xejn, bħal li kieku hu kien il vittma u l-martri fir-relazzjoni. Żamm l-istess ħbieb li kellu, dawk l-istess ħbieb li kienu jaħbulu u jfaħħruh għal dak li kien jagħmel. Kulma nixtieq hu li naqbad inwerżaq kemm niflaħ, “dak isawwat lil mara u jaqlibhielha! Għalfejn għadkom miegħu? Għalfejn għadkom tagħtu l-appoġġ lilu u mhux lili? Għalfejn qed iżżommu miegħu?”, imma ma nistax għax tafRead More…

secondary infertility

Infertilita’ sekondarja. Meta jkollok taċċetta l-fatt li l-familja tiegħek ħa jkollha biss wild wieħed anke jekk ix-xewqa tiegħek u tar-raġel kienet li jkollkom iktar… Fl-aħħar! Għandi 35 sena u f’ dirgħajja għandi tarbija, tifel, għall-ewwel darba! Mument kbir, mument ta’ mħabba, miraklu…mument fejn l-ewwel ħsieb tiegħi kien li ibni jaqsam tfulitu ma oħt jew ħuħ ieħor. Kien għalhekk li jien u r-raġel bdejna naħsbu għat-tieni tarbija fi żmien sena mit-twelid tat-tifel tagħna. Għaddew sentejn u l-pjan tagħna kien għadu ma seħħx. Donnu ċ-ċirkustanzi kienu kontrina għal xi raġuni. Sadattant it-tama tiegħi bdiet tonqos. Kull darba li kont nara l-ħbieb tiegħi tqal bit-tieni tarbija, kif ukollRead More…

tokophobia

It-tqala. Dik l-esperjenza naturali ta’ kull mara b’ utru. Żmien fejn il-mara tiffjorixxi. Il-qofol ta’ l-eżistenza tagħha. Jew almenu, dak hu l-messaġġ problematiku li qed jitgħadda lit-tfajliet żgħar tagħna dwar ġisimhom, l-identita’ tagħhom, u il-post tagħhom fis-soċjeta’. Kien għalhekk li bħala tfajla kont ħerqana biex inkun dak li mid-dehra kelli nkun biex ikolli ħajja kompluta bħala mara. Ridt it-tfal, u ridthom b’ qalbi kollha. Kont esposta kontinwament għal sinjali li juru li dik kienet il-ħaġa li bħala mara kont iddestinata li ngħaddi minnha. Li ġismi bħala mara żagħżugħa b’ saħħitha kien magħmul għalih. Rajt ritratti ta’ nisa tqal radjanti, b’ xagħar twil sabiħ mitluq b’Read More…

endometriosis

L-ewwel snin ta’ żogħżiti ġabuli bidliet kbar f’ ħajti. Din il-bidla hija bidla mistennija minn kull żagħżugħa ta’ l-eta’ tagħna, bidla normali bi tranżizzjoni faċli. Kemm jien u kemm sħabi konna qed nistennew li jiġina l-‘period’ għall-ewwel darba. Kif mistenni, ta’ tlettax il-sena ġieni l-‘period’ l-ewwel darba. Immaġinajt li dan ma kellux iġib bidliet kbar f’ ħajti. Kont nattendi l-iskola sekondarja, u bħal sħabi aċċettajt din ir-realta’ ġdida. Madankollu, għalija bdiet tkun esperjenza iebsa, u kien ikolli ħafna dmija. Kont intella spiss, infalli l-iskola u kont inħossni ma niflaħx. Ommi nkwetat u ħaditni għand it-tabib, li minn naħa tiegħu qalilha li dan kien kollu normaliRead More…