Xi Tkun Doula?
Il-kelma ‘Doula’ taf l-oriġini tagħha lill-kelma Griega li tfisser “qaddejja”. Filfatt, id-‘doula’ kienet ikkunsidrata bħala l-qaddejja l-favurita tan-nisa nobbli minħabba li kienet tagħtihom sapport u għajnuna tul l-esperjenza tal-maternita’ tagħhom. Ħrafa antika tgħid li l-ewwel ‘doula’, Galati, għenet lill-Alcmena twelled lil Hercules bil-preżenza u l-intuwizzjoni perfetta tagħha. Illum il-ġurnata, id-‘doula’ hija kkunsidrata bħala persuna ta’ min jafdaha, li takkumpanja l-mara kemm waqt it-tqala kif ukoll waqt u wara l-ħlas. Hi l-persuna li tkun hemm maġembek, li tipprovdilek spalla meta jkollok bżonnha, tgħinek torjenta ruħek fis-sitwazzjoni li tkun fiha, kif ukoll tiggwidak biex tagħmel id-deċiżjonijiet li jkun hemm bżonn. Id-‘doula’ tippreparak kemm għal dak il-mument tantRead More…