20 Mod Ta’ Kif ‘Doula’ Tista’ Tgħinek
2020-09-02
Li tipprepara għat-twelid u t-trobbija tista’ tinħass bħala biċċa xogħol impossibli xi kultant, speċjalment meta jkun hemm ħafna w’ ħafna għażliet involuti. Hawnhekk hu eżattament fejn jidħol ix-xogħol tad-‘doula’. Għalkemm ix-xogħol ta’ ‘doula’ huwa professjoni relattivament ġdida f’Malta, dan ix-xogħol huwa mfittex u rispettat ħafna madwar id-dinja kollha, u jinvolvi persuni b’ riċerka estensiva warajhom li f’ xogħolhom itejjbu l-esperjenza ta’ nisa tqal fit-twelid kif ukoll wara t-twelid. Jekk qatt ma smajt dwar dak li tagħmel id-‘doula’ tista’ taqra l-artiklu ta’ Chiara Cortesi hawnhekk . Mhux kulħadd jagħżel jew ikun jista’ jkollu ‘doula’ miegħu waqt it-twelid, imma li jkollok ‘doula’ jista’ jgħinek ħafna biex tippreparaRead More…