“Kienu Qed Isegwuni, Riedu Jpattuhieli” – Psikożi Wara t-Twelid tat-Tarbija
Il-Vjaġġ Matern Tiegħi Lejn Ġenn Tal-Moħħ Temporanju Qatt ma kont smajt dwar il-possibilta’ ta’ psikożi wara t-twelid tat-tarbija (post-partum psychosis), sakemm din ipprovat tkissirli ħajti. L-ewwel tarbija tiegħi twieldet permezz ta’ ċesarja urġenti wara ħafna ħin fil-ħlas. Nemmen li l-esperjenzi li għaddejt minnhom fl-ewwel ftit xhur wara l-ħlas komplew jiggravawli s-saħħa mentali tiegħi, li eventwalment inbidlet f’psikożi severa tmien xhur wara. Ibni ddaħħal l-isptar tlett darbiet f’dawk l-ewwel ftit xhur ta’ ħajtu; il-fatt li kelli nieqaf inredda’ t-tarbija tiegħi wara li rritornajt lura x-xogħol ‘full time’ ma għenix, speċjalment għax ma kontx tlabt l-għajnuna għad-dipressjoni u l-ansjeta’ li kont diġa’ qed nesperjenza. B’dawn il-problemi kollhaRead More…