Qalbi Waqfet Tħabbat Hekk Kif Tlift Lit-Tarbija Tiegħi
2020-12-02
Konna tassew eċitati biex niltaqgħu mal-ewwel tarbija tagħna. It-tqala tiegħi kienet waħda tajba u mxiet sew, il-movimenti tat-tarbija kienu tfakkira kostanti tat-tqala li kont qed inġorr. Madankollu, nistqarr li kelli biża’ kbira mit-twelid – imma fir-realta’ min ma jibżax? L-iljieli bdew isiru itqal, u kont bdejt inbagħti biex norqod. Imbagħad darba waħda filgħaxija, eżatt wara t-38 ġimgħa, ma stajtx norqod, u spiċċajt indur minn naħa għall-oħra tal-kamra. Ħassejt li kien hemm xi ħaġa ħażina. Ma bdejtx inħoss lit-tarbija tiċċaqlaq bħal qabel, imma kkonvinċejt ruħi li dan kien effett tal-biża’ li kont qed nesperjenza. Wara kollox dakinhar stess filgħodu kelli ‘ultrasound’ u kollox kien deher liRead More…