Għagina Ħafifa Glorjuża (Choux)
F’termini sempliċi, Choux hija għaġina msajra darbtejn. ‘Paste’ magħruf bħala Panade isir minn ilma, butir, ħalib u dqiq li jiġi msajjar fuq in-nar. Meta t-taħlita tiksaħ titfagħlha l-bajd, sakemm tilħaq il-konsistenza neċessarja. It-taħlita mbagħad tista’ tigi ppajpjata u fl-aħħar tista’ tinħema jew tinqela sabiex tifforma qoxra ħafifa, arjuża u tqarmeċ, li tista’ tiġi servuta bħala kontenitur għall-mili differenti. Il-kontenut għoli t’ilma li fih iċ-choux mill-ħalib, ilma u bajd, jinbidel fi fwar meta jkun fil-forn. Dan iġiegħel lill-qoxra tal-għaġina titbewwaq il-barra u toħloq volum. Il-glutina fid-dqiq u l-proteina mill-bajd jiffurmaw l-istruttura tax-choux. Il-kombinazzjoni preċiża u l-mod ta’ kif jissajru l-ingredjenti kollha, jikkrejaw qoxra vojta kulur id-deheb.Read More…