“Il-Liġi Trid Tinbidel” – ‘Doctors for Choice’ Jinsistu
Tqala ektopika hija tqala li tiġi mpjantata barra l-utru, ħafna drabi fit-tubi fallopjani. Fil-maġġoranza tal-każi, l-embrijun ikun assenti jew mhux vijabbli, iżda xorta waħda każi hekk jistgħu ikunu fatali jekk ma jiġux trattati. Fl-Ingilterra, l-inċidenza ta’ tqaliet ektopiċi hija ta’ 11/1000 tqala. Il-Ġinekoloġisti f’Malta ġeneralment jużaw il-prinċipju ta’ l-effett doppju fejn tidħol l-etika, bħala ‘loophole’ legali, biex jitrattaw dan it-tip ta’ każi. Dan jagħmluh billi jneħħu t-tubu fallopjan permezz tal-kirurġija biex isalvaw il-ħajja ta’ l-omm, li indirettament jikkawża terminazzjoni tat-tqala. Madankollu, f’każi partikolari (eżempju meta t-tqala ektopika ma tkunx ‘unruptured’, meta jkun hemm ammont baxx t’ormoni HCG, u fejn ma jkunx hemm uġiegħ sinifikanti), linjiRead More…