Dar u l-familja (Page 2)

crystal presttun doula

Li tipprepara għat-twelid u t-trobbija tista’ tinħass bħala biċċa xogħol impossibli xi kultant, speċjalment meta jkun hemm ħafna w’ ħafna għażliet involuti. Hawnhekk hu eżattament fejn jidħol ix-xogħol tad-‘doula’. Għalkemm ix-xogħol ta’ ‘doula’ huwa professjoni relattivament ġdida f’Malta, dan ix-xogħol huwa mfittex u rispettat ħafna madwar id-dinja kollha, u jinvolvi persuni b’ riċerka estensiva warajhom li f’ xogħolhom itejjbu l-esperjenza ta’ nisa tqal fit-twelid kif ukoll wara t-twelid. Jekk qatt ma smajt dwar dak li tagħmel id-‘doula’ tista’ taqra l-artiklu ta’ Chiara Cortesi hawnhekk . Mhux kulħadd jagħżel jew ikun jista’ jkollu ‘doula’ miegħu waqt it-twelid, imma li jkollok ‘doula’ jista’ jgħinek ħafna biex tippreparaRead More…

reproductive technologies in malta

Aħna ta’ Wham irċevejna talba mingħand xi ħadd mill-qarrejja tagħna biex insiru nafu aktar fuq it-teknoloġiji riproduttuvi disponibbli għall-koppji lisbjani u r-regoli rigward dawn l-opportunitajiet. B’hekk aħna kkuntatjajna lill Ms. Simone Attard, Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, biex taġġornana bl-aħħar regolamenti u informazzjoni, u biex tgħidilna x’hemm disponibbli għall-koppji jew persuni waħedhom li jixtiequ jfasslu familja. Tista tgħidilna aktar dwar il-prattiċi kurrenti u r-regoli relatati għal dawk il-koppji li jridu jibdew familja b’dan il-mod – li jużaw teknoloġiji riproduttivi? L-Azzjoni tal-Protezzjoni tal-Ebrijuni daħlet fil-forza  fl-1 ta’ Jannar 2013 mal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni biex jistabbilixxu bl-istess Att bħall-Awtorità Regolatorja. L-Att ġie emendat biex jinkludi servizzi oħra fl-1Read More…

Il-kelma ‘Doula’ taf l-oriġini tagħha lill-kelma Griega li tfisser “qaddejja”. Filfatt, id-‘doula’ kienet ikkunsidrata bħala l-qaddejja l-favurita tan-nisa nobbli minħabba li kienet tagħtihom sapport u għajnuna tul l-esperjenza tal-maternita’ tagħhom. Ħrafa antika tgħid li l-ewwel ‘doula’, Galati, għenet lill-Alcmena twelled lil Hercules bil-preżenza u l-intuwizzjoni perfetta tagħha. Illum il-ġurnata, id-‘doula’ hija kkunsidrata bħala persuna ta’ min jafdaha, li takkumpanja l-mara kemm waqt it-tqala kif ukoll waqt u wara l-ħlas. Hi l-persuna li tkun hemm maġembek, li tipprovdilek spalla meta jkollok bżonnha, tgħinek torjenta ruħek fis-sitwazzjoni li tkun fiha, kif ukoll tiggwidak biex tagħmel id-deċiżjonijiet li jkun hemm bżonn. Id-‘doula’ tippreparak kemm għal dak il-mument tantRead More…