Esperjenzi Vera (Page 2)

marrying a paedophile

Kienet is-sena 2010 u jien kont ‘single mother’ ta’ tifla ta’ 3 snin. Kont kuntenta pero kelli ċertu vojt f’qalbi, u għalhekk ingħaqadt mal-websajt Connecting Singles. Wara xi messaġġi pjuttost strambi sa fl-aħħar irċivejt messaġġ ħelu minn raġel. Kemm deher orrajt! Qalli li kien għadu kemm ġie joqgħod Malta riċentament u li kien jaħdem fis-settur tal-‘i-gaming’. Wara xi ftit ġimgħat nikkomunikaw iddeċidejna li niltaqgħu għax konna qed naqblu ħafna flimkien. Tant ħassejtni komda miegħu li saħansitra ftaħt qalbi miegħu dwar abbuż sesswali li kont esperjenzajt fit-tfuliti. L-ewwel ‘date’ tagħna kienet waħda indimentikabbli. Eventwalment iltaqa’ wkoll mat-tifla tiegħi u bħal donnhom qablu ħafna flimkien. Wara madwarRead More…

stillborn experience

Konna tassew eċitati biex niltaqgħu mal-ewwel tarbija tagħna. It-tqala tiegħi kienet waħda tajba u mxiet sew, il-movimenti tat-tarbija kienu tfakkira kostanti tat-tqala li kont qed inġorr. Madankollu, nistqarr li kelli biża’ kbira mit-twelid – imma fir-realta’ min ma jibżax? L-iljieli bdew isiru itqal, u kont bdejt inbagħti biex norqod. Imbagħad darba waħda filgħaxija, eżatt wara t-38 ġimgħa, ma stajtx norqod, u spiċċajt indur minn naħa għall-oħra tal-kamra. Ħassejt li kien hemm xi ħaġa ħażina. Ma bdejtx inħoss lit-tarbija tiċċaqlaq bħal qabel, imma kkonvinċejt ruħi li dan kien effett tal-biża’ li kont qed nesperjenza. Wara kollox dakinhar stess filgħodu kelli ‘ultrasound’ u kollox kien deher liRead More…

how can I leave him

Kemm il-darba nisimgħu b’vittmi ta’ vjolenza domestika li jiġu ġġudikati talli jkunu baqgħu f’relazzjoni b’abbuż kontinwu meta setgħu jitilqu? Sfortunatament spiss rajt nisa jiġu ġġudikati b’dan il mod, speċjalment fuq il-medja soċjali… “Jekk baqgħet sinjal li kienet qed tgħix komda”… “Ma nemminhiex din l-istorja… għala mara għandha tibqa’ f’relazzjoni daqshekk tossika? Bilfors qed tigdeb, din ma tistax tkun vera!” “Għala għandha tħalli lit-tfal ibagħtu dik it-tbatija u l-uġiegħ kollu? Kif tista’ tkun egoista hekk?’” “Għaliex ma krietx post għaliha u għat-tfal u telqet?” Kif ma tirrealizzawx li din il-povra mara probabbli qed taqra’ dawn il-kummenti dwarha fuq il-medja soċjali? Ma taħsbux li meta tħallu dawnRead More…

adoption

Nixtieq naqsam magħkom ir-realta’ ta’ xi ħadd li ilu ‘fostered’ għal 18-il sena, għax nara ħafna kummenti mingħand nies li huma kontra l-abort u li jaħsbu li l-addozzjoni jew il-fostering huma l-unika tweġiba. Jien ili ‘fostered’ minn mindu kelli sentejn. Dan ifisser li jien ma niftakarnix fil-perjodu fejn kont indur familji differenti sakemm insib l-‘aħjar’ familja. Imma it-tfal li jiġu ‘fostered’ ħafna drabi jiftakru, u naf kemm hi ħaġa diffiċli u kemm tista’ tgħajjik mentalment. Kont tassew fortunata li sibt familja t’eta żgħira imma qabel ma ġejt ‘fostered’, meta kelli 6 xhur sa meta għalaqt sentejn, ħafna familji kienu joħorġuni magħhom. Għal grazzja t’Alla maRead More…

scam love

Riċentament tkellimt ma Patricia* li xtaqet taqsam l-esperjenza tagħha bit-tama li nisa oħra ma jaqgħux fl-istess nasba li sabet ruħha fiha hi. Patricia hija mara indipendenti u edukata, għandha kumpanija tagħha u tħobb tgawdi ħajjitha ma ta’ madwarha. Filfatt għandha ħafna ħbieb, iżda bħal ħafna nisa oħra temmen li l-ħajja tista’ tkun aqwa u aktar sabiħa meta esperjenzata f’relazzjoni ma xi ħadd sinifikanti. Bħal ħafna nisa t’etajiet differenti, iddeċidiet tidħol tagħmel parti minn Connecting Singles, li hija pjattaforma onlajn bi skop ta’ ‘dating’. Patricia tistqarr li l-ewwel żball li għamlet kienet li kitbet dwar dak kollu li tħobb u li ma tħobbx, kif ukoll dwarRead More…

my sex doesn't define me

Ninsab ċerta li ħafna jistgħu jaqblu miegħi li l-irġiel iħobbu jidhru aktar superjuri min-nisa. Għal xi wħud din il-ħaġa hija kważi intrinsika, x’aktarx li ma jirrealizzawx li qed jagħmluha jew l-idea li huma superjuri ma togħġobhomx, imma prattikament tiġi ħaġa naturali għalihom. Nara ħafna rġiel (u xi kultant anke nisa) li jassumu li jafu min aħna għax aħna nisa; jaħsbu li aħna “sensittivi”, “emozzjonali”, “u li rridu nikkommettu ruħna għalihom”, meta m’aħna xejn minn dan. Il-karattri tagħna m’humiex iddefiniti mill-ġeneru tagħna, m’hijiex ħaġa tqila biex tifhem! Din ovvjament tgħodd għaż-żewġ sessi imma għalissa se niffoka biss fuq in-nisa. Jien nara ħafna rġiel ta’ etajiet differentiRead More…

self love

Ta’ spiss kont insib lili nnifsi naħseb, x’għandi ħażin jien? Bilfors għandi xi ħaġa ħażina. Kif nista’ ma nobgħodokx wara dak kollu li għaddejtni minnu? Għala ma nħossx rabja għalik? Għaliex sibtha daqshekk ħafifa biex naħfirlek wara dak kollu li għaddejtni minnu? L-aktar li niftakar meta jiġuni f’moħħi l-memorji tiegħek huwa l-uġiegħ. Il-mibegħda f’għajnejk u l-aktar ħaġa ċara, il-ponn tiegħek. Tagħtini f’wiċċi, ‘black eyes’, id-demm ħiereġ minn imnieħri, is-snien imkissra. Id-daqqiet li tajtni fuq in-naħa ta’ wara t’għonqi filwaqt li tgħidli li m’intix se tieqaf qabel ma niżviluppa l-kanċer, imbagħad tħallini mitlufa minn sensija mal-art u titlaq l-hemm. Kif stennejt li kont se nkun irridRead More…

one-sided relationship

Nixtieq naqsam magħkom l-istorja tiegħi… Xi ftit snin ilu ħriġt nieħu ‘drink’ u ltqajt ma raġel permezz ta’ ħabib. Bdejna nitkellmu u ma stajtx nemmen il-ġibda tremenda li ħassejt għalih, imma meta spiċċa l-lejl tlaqt lura lejn id-dar u ma ħsibtx aktar fuq li ġara. Madankollu xħin wasalt id-dar sibt rikwest mingħandu kif ukoll xi messaġġi fejn qalli kemm kien ħa gost jitkellem miegħi. Staqsieni wkoll jekk nixtieqx nerġa niltaqa’ miegħu. Kemm ħassejtni ferħana! Ma stajtx nemmen il-fortuna li kelli, ma stajtx nemmen li dan il-bniedem kien qagħad ifittixni biex jistaqsini ħalli noħroġ miegħu! Ħadna gost tassew, għamilna ħafna affarijiet flimkien fejn jew qattajna lejlRead More…

surviving sexual abuse

Kont tifla ferriħija, kelli żewġ aħwa subien u ħames aħwa bniet, u nista’ ngħid li ħajjitna kienet waħda attiva ħafna. Konna nieħdu gost nilgħabu, nagħmlu l-‘crafts’, insajru, nagħmlu x-xogħol tad-dar u ngħinu lil xulxin. Konna nagħmlu kollox bħala tim wieħed u vera konna nieħdu gost. Għal ommna konna nsarrfu mhux ħazin… li tieħu ħsieb sebat’ itfal hija biċċa xogħol iebsa. Missierna kien jieħu ħsieb l-edukazzjoni tagħna, u kien dejjem hemm biex jgħinna fix-xogħol li jagħtuna l-għalliema għad-dar kif ukoll jara li nġibu marki tajbin. Kull l-aħħar jumejn tal-ġimgħa konna noħorġu għal xi piknik jew immorru naraw film; kienet xi ħaġa pjaċevoli li konna nistennew, konnaRead More…

in memory of jack

Minn eta’ żgħira ħafna ridt li jkolli tarbija. Fl-1998 bdiet l-isfida tiegħi sabiex nipprova ninqabad tqila…. Sa’ l-2004 kont eżawrita! Kont ipprovajt kollox. Semmi li trid, u kont għamilt. Bdejt bil-pilloli tal-fertilita’ imbagħad qlibt għat-titqib sabiex inkun aktar fertili, u wara pruvajt tipi oħra ta’ trattamenti t’ormoni, raxkamenti, tindif tat-tubi fallopjani, aktar raxkamenti, inseminazzjoni artifiċjali, imbagħad għal aktar affarijiet ikkumplikati bħall-IVF. L-ewwel esperjenza tiegħi tal- IVF seħħet ġewwa New York. Din ma kinitx suċċess u jien spiċċajt imkissra. Ma stajtx naffaċċja tqala oħra li ma rnexxietx, test ieħor tat-tqala fin-negattiv, dipressjoni oħra u, aktar tħabbil tal-moħħ fuq kif kont ser inġib aktar flus biex nagħmelRead More…