Esperjenzi Vera (Page 3)

pcos

L-Esperjenza Tiegħi bil-PCOS Ingħatajt id-dijanjosi tal-PCOS formalment meta kelli 14-il sena biss. Madankollu, nemmen li ili ngħix bis-sintomi tal-PCOS ħajti kollha. Minn eta’ żgħira kont nesperjenza ‘migraines’ u wġiegħ ta’ żaqq li ma kontx inkun nista nispjega. U din kienet tiġri xahar. Ta’ tnax-il sena tlabt l-ommi biex teħodni għand ‘beautician’ għall-‘waxing’; kont nilbes qliezet twal is-sena kollha u kont niġi bbuljata l-iskola għax kelli saqajja sufin u kelli anke l-mustaċċi … Issa ili ngħix bis-sindromu għal aktar min nofs ħajti. Matul dawn is-snin esperjenzajt mumenti sbieħ u mumenti kefrin. Kien hemm mumenti fejn il-kundizzjoni qelbet għall-agħar; u mumenti oħra fejn bħal donnha battiet. Il-menstrwazzjoniRead More…

Meta t-test tat-tqala ġieni pożittiv, ħassejtni vera eċitata! Ħadt tnejn oħra biex inkun ċerta w’ it-tnejn li huma ġew pożittivi. Libbist lit-tifel fi ħwejjeġ tat-trabi li jinsinwaw li huwa il-kbir mill-aħwa, u qajjimt lis-sieħeb tiegħi. Imbagħad għedna lil sħaba u lill-familja li ovjament żiedu n-numru tal-persuni li saru jafu. Konna naħsbu li peress li l-ewwel tqala kienet tkun b’saħħitha, ma kellniex għalfejn ninkwetaw fuq ir-regola tat-12-il ġimgħa. Ġimgħa wara bdejt nara tikek kannella ċari u ftit ‘discharge’ li damu ftit ġranet u bdew jiżdiedu maż-żmien. Iċċekkjawni u ħaduli anke t-testijiet tad-demm, imma minħabba li kont għadni fir-4-5 ġimgħa tat-tqala xejn ma kien viżibbli, anke f’Read More…

F’Marzu ta’ l-2019 sirt naf li kont tqila għall-ewwel darba. Jien u żewġi konna ferħanin ħa ntiru! Madankollu xi ftit ġranet wara, waqt li kont qiegħda xogħol innutajt ftit tikek kannella. Kellimt kollega tiegħi li qaltli biex immur niċċekkja x’inhu jiġri immedjatament. B’hekk ċempilt sptar privat lokali u għamluli appuntament għal siegħa wara. It-tabib li rani hemm kien veru arroganti, benġilni waqt ‘ultrasound’ intern li għamilli u qalli biex immur id-dar u noqgħod nistenna biex inkorri t-tarbija! Id-dmija waqfu dik il-lejla u l-ġurnata ta’ wara ikkonsultajt ma tabib ieħor li llum imlaħħaq bħala ġinekoloġista. Huwa kkonfermali t-tqala u qalli li seta jara borża, kien veruRead More…

tested positive for covid-19

Ma kellix deni, ma kellix sogħla u ma kellix qtugħ ta ‘nifs. U madankollu… it-test irriżulta pożittiv. Meta nisimgħu il-kelma ‘COVID-19’, naħsbu mmedjatament f’dawk ir-ritratti tan-nies morda intubati li naraw fuq il-medja soċjali… imma meta s-sintomi jkunu ħfief, sfortunatament faċli nkomplu għaddejjin b’ħajjitna normali, għax ejja ngħidu l-verita’, min qatt kellu wġiegħ ta’ ras u ma ħax il-‘paracetamol’ u baqa’ jaħdem? Hija xi ħaġa li jagħmel kulħadd…. irridu nibqgħu għaddejjin! Inħossuna tajbin! Ma nħossuniex bħal dawk in-nies morda li naraw fuq it-TV li jkunu qed jissieltu kontinwament biex jieħdu n-nifs! Nixtieqkom toqogħdu attenti għal dak li se nikteb hawn. Li se nikteb mhuwiex bl-iskop liRead More…

pre-eclampsia in pregnancy

Meta kelli 30 sena, ideċċidejt li ridt tarbija u l-fortuna daħkitli, tant li ħrigt tqila tlett xhur biss wara li bdejt nipprova. Minn dejjem kont it-tip ta’ persuna li naħdem bla qies għal dak li rrid u nagħmel ħilti kollha f’kollox, imma l-ewwel tqala tiegħi wrietni kemm kont kapaċi nkun vulnerabbli u mwerwra. Għamilt riċerka fuq kollox, u kilt kif kien xieraq: la qatt kilt laħam ipproċessat u lanqas missejt kafeina. Minkejja dan l-isforz kollu, waqt il-vista mal-ġinekologu tiegħi, f’egħluq it-28 ġimgħa fit-tqala tiegħi, dan qalli biex immur inqatta’ tmiem il-ġimgħa l-isptar għax il-pressjoni kienet kemxejn inkwetanti. Dak il-ħin, ma stajtx naħseb u nara ċar.Read More…

never felt like a real woman

Kitba riċenti li qrajt fuq Facebook dwar it-tkabbir tal-individwu fil-biża’ verament laqtitni minħabba li hija mimlija verita’. Jiena mara fil-bidu tal-erbgħinijiet u għandi rabja kbira lejn il knisja rigward il-mod ta’ kif għallmitna l-biża’ minn Alla u mill-infern. Mill-memorji ta’ priedki li dejjem jispiċċaw bit-tbatija gglorifikata għall-premju finali tal-ġenna… għal konnessjoni tan-nisa mal-ħażen kollu. Anke ċ-ċajt relatat ma’ Eva, jew il-messaġġi sottili li jirrakkomandaw li n-nisa jridu jkunu sudditi, ibagħtu l-uġigħ, u bażikament jeżistu biex iġorru u jmantnu lit-tfal, iżommu d-dar fl-ordni, isajru u jissodisfaw lill-irġiel tagħhom. U ovjament, mara tajba ma tgawdix il-pjaċir tas-sess – hija tissaportih biss. Tagħmel dan biex tissodisfa r-raġel uRead More…

fostering in malta

Mhux faċli tkun taf xi kliem għandek tgħid lill-familji li qed jagħmlu ‘fostering’… spiss jiġri li n-nies jgħidu xi ħaġa mhux daqshekk pjaċevoli. Ħa nkun onesta: veru tweġġa’ meta xi ħadd jgħid li t-tifel jew tifla li tkun qed ‘tiffosterja’ huma fortunati, għax tkun taf li il-kelma fortunati m’ hijiex il-kelma addattata biex tiddeskrivi l-uġiegħ li dawn it-tfal ikunu għaddew minnu. Bdejna t-triq tagħna fil-‘foster care’ tliet snin ilu, fejn kellna nattendu kors kif ukoll nagħmlu testijiet psikoloġiċi. Dawn it-testijiet jinkludu żjarat f’ darna u intervisti ma’ sħabna u l-familjari tagħna minn diversi ‘social workers’. Wara dan kollu, ġejna aċċettati, u qalulna li meta jkunRead More…

esperjenza ta' korriment

Kont ili miżżewġa iktar minn sena. Konna bdejna ngħixu flimkien minn aktar qabel. Konna ċerti li lesti għat-tfal, b’ hekk attendejna kull tip ta’ ‘check-up’, adattajna lilna nfusna għal ħajja ta’ kwalita’ aħjar, kif ukoll neħħejna drawwiet li ma kienux ideali. Wara dan kollu, iddeċidejna biex nippruvaw inġibu t-tfal fid-dinja. Qabel dan kollu, ix-xogħol tiegħi kien sar stressanti ħafna, kont inħossni rrid nibki l-ħin kollu u b’ hekk ikkonsultajt ma’ psikjatra. Wara ftit xhur nattendi s-sessjonijiet u nieħu l-kalmanti, bdejt inħossni aħjar, u b’hekk waqqafthom. Minnufiħ sirt naf li kont tqila. F’dak il-mument ħassejt kull emozzjoni possibbli: ħassejtni ferħana, imħawda u xxukkjata fl-istess ħin, iżdaRead More…

Jiena mara ta’ 33 sena bil-HyperPARAthyroidism. Ingħatajt din id-dijanjosi fl-eta’ ta’ biss 30 sena. Testijiet tad-demm li għamilt għall-ewwel darba bħala parti mir-rutina wrew livelli għolja ta’ kalċju, li mal-hyperparathyroidism, jikkawża livelli għolja ta’ ormoni relatati mal-parathyroid kif ukoll livell baxx ta’ vitamina D. Importanti ħafna li meta tagħmlu testijiet tad-demm taraw li dawn jiġu eżaminati b’ reqqa minn xi professjonista. Xi wħud jaħsbu li huwa tajjeb għall-ġisem li jkollok livell għoli ta’ kalċju. Madankollu dan mhu vera xejn! Esperjenzajt diversi ‘scans’ f’ għonqi biex jipprovaw isibu l-glandola, u eventwalment kelli wkoll nitla’ l-Italja biex nipprova ‘scan’ ieħor, u hemm ħareġ ir-riżultat! Ċertu nies jesperjenzawRead More…

six pack revolution transformation

Jisimni Hayley u din hija l-istorja tiegħi… Ta’ 35 sena irċivejt aħbar li biddlitli ħajti kompletament. Fil-ftit xhur ta’ qabel dan ma kontx qed inħossni normali, iżda komplejt b’ ħajti qisu qatt ma kien xejn. Immaġinajt li dak li kont qed inħoss kien biss riżultat ta’ stress relatat max-xogħol u għajja. Finalment mort s’ għand it-tabib u tkellimt anke mal-infermiera tiegħi, li minn naħa tagħha kienet xi ftit konċernata li seta jkun hemm xi kawża wara dan, u għalhekk talbitni nnewlilha kampjun tal-urina l-għada. Hekk għamilt, u tant ħassejtni inkwetata li hekk kif dħalt fejn l-infermiera waqqajt il-kampjun tal-urina mal-art. Sa tletin minuta wara irċivejtRead More…