Nixtieq Nitilqu Imma Ma Nistax! – Esperjenza ta’ Vjolenza Domestika
Kemm il-darba nisimgħu b’vittmi ta’ vjolenza domestika li jiġu ġġudikati talli jkunu baqgħu f’relazzjoni b’abbuż kontinwu meta setgħu jitilqu? Sfortunatament spiss rajt nisa jiġu ġġudikati b’dan il mod, speċjalment fuq il-medja soċjali… “Jekk baqgħet sinjal li kienet qed tgħix komda”… “Ma nemminhiex din l-istorja… għala mara għandha tibqa’ f’relazzjoni daqshekk tossika? Bilfors qed tigdeb, din ma tistax tkun vera!” “Għala għandha tħalli lit-tfal ibagħtu dik it-tbatija u l-uġiegħ kollu? Kif tista’ tkun egoista hekk?’” “Għaliex ma krietx post għaliha u għat-tfal u telqet?” Kif ma tirrealizzawx li din il-povra mara probabbli qed taqra’ dawn il-kummenti dwarha fuq il-medja soċjali? Ma taħsbux li meta tħallu dawnRead More…