Kemm Hu Mportanti Li Tħobb Lilek Innifsek!
Ta’ spiss kont insib lili nnifsi naħseb, x’għandi ħażin jien? Bilfors għandi xi ħaġa ħażina. Kif nista’ ma nobgħodokx wara dak kollu li għaddejtni minnu? Għala ma nħossx rabja għalik? Għaliex sibtha daqshekk ħafifa biex naħfirlek wara dak kollu li għaddejtni minnu? L-aktar li niftakar meta jiġuni f’moħħi l-memorji tiegħek huwa l-uġiegħ. Il-mibegħda f’għajnejk u l-aktar ħaġa ċara, il-ponn tiegħek. Tagħtini f’wiċċi, ‘black eyes’, id-demm ħiereġ minn imnieħri, is-snien imkissra. Id-daqqiet li tajtni fuq in-naħa ta’ wara t’għonqi filwaqt li tgħidli li m’intix se tieqaf qabel ma niżviluppa l-kanċer, imbagħad tħallini mitlufa minn sensija mal-art u titlaq l-hemm. Kif stennejt li kont se nkun irridRead More…