Aktar (Page 6)

pcos

L-Esperjenza Tiegħi bil-PCOS Ingħatajt id-dijanjosi tal-PCOS formalment meta kelli 14-il sena biss. Madankollu, nemmen li ili ngħix bis-sintomi tal-PCOS ħajti kollha. Minn eta’ żgħira kont nesperjenza ‘migraines’ u wġiegħ ta’ żaqq li ma kontx inkun nista nispjega. U din kienet tiġri xahar. Ta’ tnax-il sena tlabt l-ommi biex teħodni għand ‘beautician’ għall-‘waxing’; kont nilbes qliezet twal is-sena kollha u kont niġi bbuljata l-iskola għax kelli saqajja sufin u kelli anke l-mustaċċi … Issa ili ngħix bis-sindromu għal aktar min nofs ħajti. Matul dawn is-snin esperjenzajt mumenti sbieħ u mumenti kefrin. Kien hemm mumenti fejn il-kundizzjoni qelbet għall-agħar; u mumenti oħra fejn bħal donnha battiet. Il-menstrwazzjoniRead More…

raw motherhood blog

F’dinja fejn l-opportunitajiet għall-avventura, vjaġġar, xogħol, liberta’ u ndipendenza għan-nisa qed jiġu aktar u aktar possibbli, il-prospett li nillimitaw lilna nfusna billi jkollna t-tfal ma’ tantx għadu jidher attraenti. Għalkemm wieħed jista jgħid li jekk ikollok it-tfal ma jfissirx li l-opportunitajiet għandhom jiġu llimitati, it-tfal jippreżentaw ostakli u anke aktar responsabbilta’. Irrid nammetti li qabel ma sirt omm jien stess, qatt ma ħsibt li nixtieq it-tfal. Il-ħajja ta’ omm hija waħda li qatt ma xtaqt. Ma ridtx inċedi l-liberta’ tiegħi u l-affarijiet kollha li jferrħuni. Ma stajtx nifhem kif il-ħajja ta’ l-omm tista qatt tikkuntenta l-xi ħadd. Il-ħajja tal-omm m’hijiex ħafifa jew mimlija ferħ uRead More…

crystal presttun doula

Li tipprepara għat-twelid u t-trobbija tista’ tinħass bħala biċċa xogħol impossibli xi kultant, speċjalment meta jkun hemm ħafna w’ ħafna għażliet involuti. Hawnhekk hu eżattament fejn jidħol ix-xogħol tad-‘doula’. Għalkemm ix-xogħol ta’ ‘doula’ huwa professjoni relattivament ġdida f’Malta, dan ix-xogħol huwa mfittex u rispettat ħafna madwar id-dinja kollha, u jinvolvi persuni b’ riċerka estensiva warajhom li f’ xogħolhom itejjbu l-esperjenza ta’ nisa tqal fit-twelid kif ukoll wara t-twelid. Jekk qatt ma smajt dwar dak li tagħmel id-‘doula’ tista’ taqra l-artiklu ta’ Chiara Cortesi hawnhekk . Mhux kulħadd jagħżel jew ikun jista’ jkollu ‘doula’ miegħu waqt it-twelid, imma li jkollok ‘doula’ jista’ jgħinek ħafna biex tippreparaRead More…

Meta t-test tat-tqala ġieni pożittiv, ħassejtni vera eċitata! Ħadt tnejn oħra biex inkun ċerta w’ it-tnejn li huma ġew pożittivi. Libbist lit-tifel fi ħwejjeġ tat-trabi li jinsinwaw li huwa il-kbir mill-aħwa, u qajjimt lis-sieħeb tiegħi. Imbagħad għedna lil sħaba u lill-familja li ovjament żiedu n-numru tal-persuni li saru jafu. Konna naħsbu li peress li l-ewwel tqala kienet tkun b’saħħitha, ma kellniex għalfejn ninkwetaw fuq ir-regola tat-12-il ġimgħa. Ġimgħa wara bdejt nara tikek kannella ċari u ftit ‘discharge’ li damu ftit ġranet u bdew jiżdiedu maż-żmien. Iċċekkjawni u ħaduli anke t-testijiet tad-demm, imma minħabba li kont għadni fir-4-5 ġimgħa tat-tqala xejn ma kien viżibbli, anke f’Read More…

F’Marzu ta’ l-2019 sirt naf li kont tqila għall-ewwel darba. Jien u żewġi konna ferħanin ħa ntiru! Madankollu xi ftit ġranet wara, waqt li kont qiegħda xogħol innutajt ftit tikek kannella. Kellimt kollega tiegħi li qaltli biex immur niċċekkja x’inhu jiġri immedjatament. B’hekk ċempilt sptar privat lokali u għamluli appuntament għal siegħa wara. It-tabib li rani hemm kien veru arroganti, benġilni waqt ‘ultrasound’ intern li għamilli u qalli biex immur id-dar u noqgħod nistenna biex inkorri t-tarbija! Id-dmija waqfu dik il-lejla u l-ġurnata ta’ wara ikkonsultajt ma tabib ieħor li llum imlaħħaq bħala ġinekoloġista. Huwa kkonfermali t-tqala u qalli li seta jara borża, kien veruRead More…

choux

F’termini sempliċi, Choux hija għaġina msajra darbtejn. ‘Paste’ magħruf bħala Panade isir minn ilma, butir, ħalib u dqiq li jiġi msajjar fuq in-nar. Meta t-taħlita tiksaħ titfagħlha l-bajd, sakemm tilħaq il-konsistenza neċessarja. It-taħlita mbagħad tista’ tigi ppajpjata u fl-aħħar tista’ tinħema jew tinqela sabiex tifforma qoxra ħafifa, arjuża u tqarmeċ, li tista’ tiġi servuta bħala kontenitur għall-mili differenti. Il-kontenut għoli t’ilma li fih iċ-choux mill-ħalib, ilma u bajd, jinbidel fi fwar meta jkun fil-forn. Dan iġiegħel lill-qoxra tal-għaġina titbewwaq il-barra u toħloq volum. Il-glutina fid-dqiq u l-proteina mill-bajd jiffurmaw l-istruttura tax-choux. Il-kombinazzjoni preċiża u l-mod ta’ kif jissajru l-ingredjenti kollha, jikkrejaw qoxra vojta kulur id-deheb.Read More…

lovetheskinurin

Li tħossok kunfidenti u kuntenta bik innifsek, tidher kif tidher, hija sensazzjoni kbira ta’ liberazzjoni. Ta’ 51 sena nista’ finalment ngħid li nħobb lili nnifsi kif jien. M’għadnix ninkwieta jekk xagħri jkun ‘frizzy’, jekk saqajja ma jkunux mqaxxrin perfettament jew jekk għandix xi ponta f’nofs geddumi. Iżda ta’ min jgħid li mhux minn dejjem kont inħossni daqshekk kunfidenti. Niftakarni nħossni konxja ħafna tiegħi innifsi u kien hemm ħafna partijiet ta ġismi li ma kienux jogħġbuni, bħat-tbissima ‘gummy’ tiegħi, is-suf f’ġismi, ix-xagħar ‘frizzy’ tiegħi, it-tul tiegħi, li għandi s-swaba ta’ saqajja koroh u li dejjem nilbes żraben magħluqin anke meta t-temperatura tkun ta’ 40 grad ċelsius.Read More…

tested positive for covid-19

Ma kellix deni, ma kellix sogħla u ma kellix qtugħ ta ‘nifs. U madankollu… it-test irriżulta pożittiv. Meta nisimgħu il-kelma ‘COVID-19’, naħsbu mmedjatament f’dawk ir-ritratti tan-nies morda intubati li naraw fuq il-medja soċjali… imma meta s-sintomi jkunu ħfief, sfortunatament faċli nkomplu għaddejjin b’ħajjitna normali, għax ejja ngħidu l-verita’, min qatt kellu wġiegħ ta’ ras u ma ħax il-‘paracetamol’ u baqa’ jaħdem? Hija xi ħaġa li jagħmel kulħadd…. irridu nibqgħu għaddejjin! Inħossuna tajbin! Ma nħossuniex bħal dawk in-nies morda li naraw fuq it-TV li jkunu qed jissieltu kontinwament biex jieħdu n-nifs! Nixtieqkom toqogħdu attenti għal dak li se nikteb hawn. Li se nikteb mhuwiex bl-iskop liRead More…

pre-eclampsia in pregnancy

Meta kelli 30 sena, ideċċidejt li ridt tarbija u l-fortuna daħkitli, tant li ħrigt tqila tlett xhur biss wara li bdejt nipprova. Minn dejjem kont it-tip ta’ persuna li naħdem bla qies għal dak li rrid u nagħmel ħilti kollha f’kollox, imma l-ewwel tqala tiegħi wrietni kemm kont kapaċi nkun vulnerabbli u mwerwra. Għamilt riċerka fuq kollox, u kilt kif kien xieraq: la qatt kilt laħam ipproċessat u lanqas missejt kafeina. Minkejja dan l-isforz kollu, waqt il-vista mal-ġinekologu tiegħi, f’egħluq it-28 ġimgħa fit-tqala tiegħi, dan qalli biex immur inqatta’ tmiem il-ġimgħa l-isptar għax il-pressjoni kienet kemxejn inkwetanti. Dak il-ħin, ma stajtx naħseb u nara ċar.Read More…

reproductive technologies in malta

Aħna ta’ Wham irċevejna talba mingħand xi ħadd mill-qarrejja tagħna biex insiru nafu aktar fuq it-teknoloġiji riproduttuvi disponibbli għall-koppji lisbjani u r-regoli rigward dawn l-opportunitajiet. B’hekk aħna kkuntatjajna lill Ms. Simone Attard, Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, biex taġġornana bl-aħħar regolamenti u informazzjoni, u biex tgħidilna x’hemm disponibbli għall-koppji jew persuni waħedhom li jixtiequ jfasslu familja. Tista tgħidilna aktar dwar il-prattiċi kurrenti u r-regoli relatati għal dawk il-koppji li jridu jibdew familja b’dan il-mod – li jużaw teknoloġiji riproduttivi? L-Azzjoni tal-Protezzjoni tal-Ebrijuni daħlet fil-forza  fl-1 ta’ Jannar 2013 mal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni biex jistabbilixxu bl-istess Att bħall-Awtorità Regolatorja. L-Att ġie emendat biex jinkludi servizzi oħra fl-1Read More…