Kważi Tlift Ħajti Għax It-Tobba Maltin Irriffjutaw Li Jwaqqfuli Tqala Mhux Vijabbli
Waqt vaganza f’Malta, Marion infaqagħlha l-ilma ta’ 17-il ġimgħa tqala. Hekk kif bdiet tinfetta’ ruħha u l-periklu li titlef ħajjitha beda jżid, it-tobba ħallew kollox f’idejn Alla u rrifjutaw li jwaqqfuli t-tqala. Din hi l-istorja vera ta’ mara li rnexxielha ssalva, u li sal-lum għadha ma tistax tifhem kif f’Malta huwa aktar importanti li twelled tarbija mejta milli ssalva l-omm bil-kura medika neċessarja. “Beda kollox waqt li kont fuq karozza tal-linja sejra lejn il-Belt Valletta – ma binti ż-żgħira li ironikament jisimha wkoll Valetta – dak il-ħin irrealizzajt li xi ħaġa ma kinitx sew. Sbatax-il ġimgħa tqala, kont fuq dik li suppost kellha tkun vaganzaRead More…