Nisa (Page 4)

women's wishes women for women foundation

Women for Women Foundation 28.11.2020 PRESS RELEASE- B’Effett Immedjat Il-‘Women for Women Foundation’ tniedi l-kampanja ‘Women’s Wishes’ Il-‘Women for Women Foundation’, grazzi għall-inizjattiva ġdida tagħha ‘Women’s Wishes’, qed tittama li tiġbor €5,000 f’fondi biex bihom fil-Milied li ġej tferraħ nisa li għaddejjin minn żminijiet diffiċli. “Aħna n-nisa kollha nafu li kull meta jinqalgħu id-diffikultajiet f’ħajjitna nispiċċaw niċċaħħdu aħna għax inpoġġu lill-uliedna l-ewwel u qabel kollox, inkluż qabilna. Għalkemm ma ngergrux dwar dan, xorta nbagħtu mill-istress relatat mas-sitwazzjoni, u dan iħalli mpatt negattiv fuqna.” saħqet il-fundattriċi tal-Fondazzjoni, Francesca Fenech Conti. ‘Women’s Wishes’ tittama li tikkuntenta lil dawk in-nisa li ta’ spiss iħallu lilhom infushom għall-aħħar, liRead More…

ectopic pregnancy malta

Tqala ektopika hija tqala li tiġi mpjantata barra l-utru, ħafna drabi fit-tubi fallopjani. Fil-maġġoranza tal-każi, l-embrijun ikun assenti jew mhux vijabbli, iżda xorta waħda każi hekk jistgħu ikunu fatali jekk ma jiġux trattati. Fl-Ingilterra, l-inċidenza ta’ tqaliet ektopiċi hija ta’ 11/1000 tqala. Il-Ġinekoloġisti f’Malta ġeneralment jużaw il-prinċipju ta’ l-effett doppju fejn tidħol l-etika, bħala ‘loophole’ legali, biex jitrattaw dan it-tip ta’ każi. Dan jagħmluh billi jneħħu t-tubu fallopjan permezz tal-kirurġija biex isalvaw il-ħajja ta’ l-omm, li indirettament jikkawża terminazzjoni tat-tqala. Madankollu, f’każi partikolari (eżempju meta t-tqala ektopika ma tkunx ‘unruptured’, meta jkun hemm ammont baxx t’ormoni HCG, u fejn ma jkunx hemm uġiegħ sinifikanti), linjiRead More…

Filigree Women for Women

Minn dejjem kienet għal qalbi l-filigrana, u għalhekk meta Dr. Joanna Delia ikkuntattjatni bi pjan għal kollaborazzjoni u bejgħ ta’ ġojjellerija filigrana għal ġbir ta’ fondi b’risq il-Women for Women Foundation u l-Women’s Rights Foundation aċċettajt mill-ewwel. Ċans ieħor sabiex nikkollabora ma Joanna u nisa oħra b’għanijiet simili għal ġbir ta’ fondi. Ħadt gost aktar meta Dr Joanna Delia qaltli li l-pendenti l-ġodda kienu se jirrappreżentaw il-vaġina tal-mara. B’affezzjoni kbira laqqamthom ‘Pussy Pendants’ filwaqt li Joanna sejħitilhom ‘Weewees’. Dawn il-‘Weewees’ jew ‘Pussy Pendants‘ huma ddisinjati bl-idejn minn artist professjonali fil-filigrana u l-ħadid, Kevin Attard. Kevin ilu jagħmel xogħol fin bl-idejn għal aktar minn 33 sena.Read More…

pro-choice activists malta

Ma niftakarx eżatt il-punt li fih sirt ‘pro-choice’, iżda niftakar meta ġejt konxja tal-pożizzjoni tiegħi bħala mara. Niftakar sitwazzjonijiet ta’ sesswalizzazzjoni sa minn kmieni ħafna fil-ħajja. Ta’ 9 snin niftakarni nimpika miegħi innifsi biex inġorr 6 siġġijiet f’daqqa bil-frustrazzjoni li ħassejt fija meta xi ħadd qalli li ‘subien b’saħħithom’ biss jistgħu iġorru s-siġġijiet. Ta’ 11-il sena jien u miexja biex naqbad tal-linja niftakar xufier ta’ trakk ipaqpaqli u jgħajjatli ‘sex’…l-ewwel minn ħafna episodji simili. Ta’ 19-il sena ġejt imsejħa ‘tomboy’ f”interview għal xogħol minħabba li m’aċċettajtx li nagħmel il-‘makeup’ u nilbes it-takkuna għax-xogħol. Kien hemm ħafn’ aktar sitwazzjonijiet simili li ma kienx ikun denju liRead More…

how can I leave him

Kemm il-darba nisimgħu b’vittmi ta’ vjolenza domestika li jiġu ġġudikati talli jkunu baqgħu f’relazzjoni b’abbuż kontinwu meta setgħu jitilqu? Sfortunatament spiss rajt nisa jiġu ġġudikati b’dan il mod, speċjalment fuq il-medja soċjali… “Jekk baqgħet sinjal li kienet qed tgħix komda”… “Ma nemminhiex din l-istorja… għala mara għandha tibqa’ f’relazzjoni daqshekk tossika? Bilfors qed tigdeb, din ma tistax tkun vera!” “Għala għandha tħalli lit-tfal ibagħtu dik it-tbatija u l-uġiegħ kollu? Kif tista’ tkun egoista hekk?’” “Għaliex ma krietx post għaliha u għat-tfal u telqet?” Kif ma tirrealizzawx li din il-povra mara probabbli qed taqra’ dawn il-kummenti dwarha fuq il-medja soċjali? Ma taħsbux li meta tħallu dawnRead More…

Dr Corinne Ward

Bħala studenta matura f’kors tal-infermiera fl-Universita’ ta’ Malta, riċentament kelli l-privileġġ nattendi ‘lecture’ li ppreżentat Dr. Corinne Ward. Niftakarni attenta nisma’ dak kollu li kienet qed tgħid waqt li bdejt nammira s-saħħa, id-determinazzjoni u l-kuraġġ li din il-mara kellha, kif ukoll it-tibdil pożittiv kollu li kkontribwixxiet fih fil-professjoni tal-infermiera tul is-snin. Niftakarni nesperjenza x-xewqa li nimxi fuq il-passi tagħha ħalli jien ukoll fil-futur inkun kapaċi nikkontribwixxi bl-istess mod pożittiv fis-soċjeta’ tagħna, bit-tama ewlenija tkun: dinja aħjar. Għalhekk illum inħossni kburija nippreżentalkom lil Dr Corinne Ward li ġentilment aċċettat biex taqsam magħkom dak kollu li hu neċessarju biex bih bħala nisa nsemmgħu leħinna b’mod liberu uRead More…

baby loss awareness week

‘Baby Loss Awareness Week’ huwa avveniment annwali li jfakkar lil dawk it-trabi li tilfu ħajjithom waqt it-tqala jew eżatt wara t-twelid. Dan l-avveniment jinkludi l-ommijiet, il-‘partners’, il-membri tal-familja u l-ħbieb. Matul din il-ġimgħa, aktar minn 90 grupp ta’ karita’ jingħaqdu flimkien biex jiddiskutu kwistjonijiet importanti  li jaffaċċjaw dawk l-individwi li jkunu tilfu tarbija, bl-għan aħħari jkun biex jgħinhom iħossuhom inqas iżolati u weħidhom. Jekk inti tlift tarbija jew ġejt mogħtija l-aħbar li qed tistenna l-mewta, nissimpatizzaw miegħek f’dan il-mument diffiċli. Hawn taħt għandek issib xi servizzi li tista’ tagħmel użu minnhom, kif ukoll xi affarijiet li tista’ tagħmel biex tfakkar it-tifkira ta’ l-anġlu żgħir tiegħek,Read More…

nikki muscat swimmer

L-intenzjoni tiegħi hi li nservi t’ eżempju għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajja billi nħeġġiġhom dejjem jaħdmu fuq il-ħolm tagħhom, ikunu xi jkunu. It-tajjeb dejjem jirbaħ u jekk taħdem u tistinka dejjem ikun hemm premju jistennik. Nikki Muscat Aħna ta’ Wham iltqajna ma Nikki Muscat: mara żagħżugħa b’passjoni kbira għall-għawm. Minkejja l-problemi li kellha taffaċċja fil-passat, illum Nikki hija mara b’saħħitha, reżiljenti u t’ispirazzjoni, u hija ddeterminata li tilħaq l-għanijiet kollha tagħha. Francesca: Naf li pparteċipajt fl-Olimpjadi f’Londra u Rio fl-2012 u 2016 rispettavament – nimmaġina li dik probabbli kienet xewqa tiegħek li saret realta’… għidilna naqra kif spiċċajt hemmhekk u kif kienet l-esperjenza tiegħek. Meta kelli 6Read More…

Young Progressive Beings YPB

Bħala mara nistħi ngħid li bdejt ninteressa ruħi fil-problemi li jaffaċċjaw in-nisa u fil-femminiżmu xi ftit tard f’ħajti. Dejjem kelli sens b’saħħtu ta’ ġustizzja u minn dejjem kont kapaċi nagħraf it-tajjeb mill-ħażin, imma l-passjoni vera u l-imħabba għall-kwistjoniijiet li jaffaċċjaw in-nisa u d-drittijiet tal-mara laqtuni l-aktar meta ltqajt ma Dr. Lara Dimitrijevic, li hija l-fundattriċi tal-‘Women’s Rights Foundation’. Ix-xogħol volontarju tagħha bħala avukata professjonali ma vittmi ta’ vjolenza domestika u vittmi ta’ traffikar uman vera kien t’ispirazzjoni għalija u għeni nara d-dinja li qed ngħixu fiha aħna n-nisa minn lenti differenti. Din il-kurżita’ ġdida dwarna n-nisa u l-ħajja li ngħixu wasslitni biex noħloq Women forRead More…

sex in relationships

Il-ħajja dan l-aħħar saret pjuttost stramba; f’dak kollu li nagħmlu qed ikollna naddattaw ruħna għall-istess post u spazju. Kull kamra f’darna saret il-post tax-xogħol, ta’ diskussjonijiet, ta’ divertiment, fejn nattendu lekċers, nieklu u nitkellmu. Xi koppji qed jużaw dan iż-żmien biex jerġgħu isaħħu r-relazzjoni tagħhom, u jqattgħu aktar ħin flimkien bħala familja. Madankollu, koppji li diġa’ kellhom xi problemi eżistenti bejniethom mhux isibu dan iż-żmien daqshekk faċli. Ġenituri, speċjalment dawk li għandhom tfal pjuttost żgħar, qed iħabbtu wiċċhom ma sfidi emozzjonali ġodda, kemm dawk li qed jesperjenzaw huma, kif ukoll dawk t’uliedhom. Bl-istess mod li bih il-pandemija affettwatilna kull aspett ta’ ħajjitna, setgħet affettwat ukollRead More…