Nisa (Page 5)

Selina Scerri Artist

Riċentament, aħna ta Wham iltqajna mal-artista Selina Scerri, wara li rajna xogħlha waqt li konna qed nintervistaw mara oħra ispirazzjonali…. Ħassejna l-bżonn li nsiru nafu aktar dwar il-mara li jirnexxilha toħloq pitturi “maġiċi” ta’ daqs kbir. Francesca: Għidilna ftit fuqek innifsek. Minn dejjem ikkumparajt lili nnifsi ma Peter Pan. Mhux għax persuna qatt ma tikber, imma għax nara lili nnifsi bħala tifla li qatt ma kibret. L-unika mod li bih ħassejt li stajt insalva lili nnifsi f’din id-dinja huwa li nemmen fil-maġija u npitter. Ilħaqt artista professjonali fl-2007 u kelli ‘studios’ differenti madwar l-Ewropa, inkluż fl-Ingilterra, l-Italja u Spanja. Bħalissa għandi post żgħir u ħelu f’Senglea.Read More…

persona med aesthetics plastic surgery

Spiss nirċievi talbiet anonimi mingħand membri tal-grupp ‘Women for Women’ rigward numru ta’ proċeduri relatati ma kirurġija kosmetika. Ħafna nisa jammettu li jistħu jistaqsu dirett dwar dawn il-proċeduri, u fil-fatt dan hu suġġett li mhux dejjem jiġi mitkellem faċilment. Għalhekk jien iddeċidejt li tkun idea tajba jekk nistaqsi l-mistoqsijiet kollha relatati li aħna n-nisa nixtiequ nkunu nafu. Personalment rajt ħafna rakkomandazzjonijiet pożittivi dwar ‘Persona’, għalhekk ħsibt li dan huwa l-post perfett minn fejn għandi nibda, u fl-istess ħin nara x’joffri dan il-post. Minħabba l-miżuri tal-Covid-19 li naqqsulna ċ-ċans li noħorġu aktar spiss, kif ukoll bix-Xitwa li ġejja u l-fatt li n-numri ta’ każijiet qegħdin dejjemRead More…

women rights foundation

Il-ħsieb li aħna n-nisa Maltin m’għandna l-ebda dritt fuq ġisimna ġie aktar evidenti wara li l-qrati f’Malta, hekk kif ġie rrappurtat fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Women’s Rights Foundation’, waqqfu mara milli ssiefer għax l-għarus tagħha allega li kienet se ssiefer biex tagħmel abort – u dan m’huwa vera xejn! Il-fatt li l-qrati aġixxew fuq dak li ġie allegat u dlonk neħħewlha d-dritt tal-liberta’ tal-moviment, huwa bla raġuni, perikoluż u jistabbilixxi preċedent tal-biża’. Dan ifisser li jekk jien nissuspetta li xi ħadd qed jagħmel xi ħaġa, nista’ kemm immur għand il-pulizija u ngħidilhom li eżempju, Joe Bloggs għandu jiġi miżmum għax jien ċerta li se jmurRead More…

Hourie PhD Student

Bħala nisa żagħzagħ irridu nifhmu li aħna irridu nkunu li nidderieġu ħajjitna; ma nistgħux nagħmlu dak kollu li jriduna nagħmlu ta’ madwarna, lanqas jekk dan ikun ġej mill-ġenituri tagħna. Toqgħodx tinkwieta jekk ikollok tibda t-triq waħdek, la tkun fit-triq it-tajba eventwalment l-oħrajn se jibdew jimxu warajk. Hourie Erba’ snin ilu ltqajt ma Hourie f’Malta waqt li konna qed nagħmlu xogħol ta’ volontarjat mal-Assoċjazzjoni tan-Nisa Imigranti. Hourie impressjonatni bil-mod kalm, ġentili u ntelliġenti li bih tikkomunika, u bl-attitudni pożittiva li għandha lejn il-ħajja. Mill-ewwel indunajt li din il-mara kellha potenzjal kbir u li kienet se timxi l-quddiem f’ħajjitha. Il-ħarsa pożittiva li għandha lejn il-ħajja kif ukollRead More…

avanza academy

Nisa jirritornaw lejn l-istudju: Vjaġġ ta’ trasformazzjoni u skoperta personali… Qatt ikkunsidrajt il-possibilta’ li terġa tibda tistudja? Forsi m’intix ċerta jekk l-esperjenza ta’ kulleġġ jew universita’ ‘full-time’ hix tajba għalik? Qatt ikkunsidrajt tapplika għal kors iddisinjat biex jaddatta madwar ir-responsabbiltajiet u l-impenji li diġa’ għandek? Kors bl-għan li jgħinek ittejjeb il-kapaċitajiet tal-ħajja li diġa’ għandek? Kollha kemm aħna smajna bit-terminoloġija ‘lifelong learning’, imma min minna jista’ verament jifhem xi jrid ifisser dan il-kunċett? Dan il-kliem narawh ta’ spiss fuq il-medja soċjali: jinstema’ fl-aħbarijiet ewlenin u jidher bħala lingwaġġ edukattiv. Imma xi jfisser għalik u għalija? Nisimgħu b’ ħafna definizzjonijiet li ta’ spiss iwasslu għal konfużjoniRead More…

sexual consent

Fit-teorija kollha kemm aħna nifhmu li, jekk eżempju għandi l-ġuħ u l-ħabiba tiegħi qed tiekol pakket krisps, għandi nsaqsiha qabel ma nieħu ftit u mhux naqbad indaħħal idi u nieħu. L-istess japplika għal kunsens sesswali. Fit-teorija nifhmu l-kunċett li għandu jkollna l-ispazju personali tagħna u li nħallu biss nies li nafu u nafdaw jidħlu f’dan l-ispazju. Madankollu, jekk nixorbu ftit mhux ħażin, jew dawk ta’ madwarna jkunu qed ikunu intimi, hemm ċans li nħossuna pressati biex inkunu intimi aħna wkoll. Ma nitkellmux fuqha, ma niddiskutuhiex u ma nesplorawhiex, u hemm ċans li nispiċċaw nagħmlu xi ħaġa li nippreferu ma nagħmlux. Ukoll, meta nkunu xrobna xiRead More…

Angele Lautier Art

Ili ma nara l’Angele aktar minn 25 sena imma l-entużjażmu għall-ħajja sibt li għadu jispikka fiha. Nista’ nara dan fix-xogħol kollu tagħha. Grazzi għal Facebook u Instagram riċentament erġajna bdejna nitkellmu u kienet ħaġa veru sabiħa li erġajt bdejt nitgħallem fuq dak li kienet bdiet tagħmel minn meta konna għadna żewġ tfajliet fuq ruħna, kemmxejn imqarba u li konna nħobbu nieħu gost mingħajr l-ebda inkwiet u ħsieb fid-dinja. Fil-ħin liberu tagħna konna noqogħdu nimmudellaw fuq ‘catwalk’ flimkien, ġeneralment f’‘fashion shows’ biex niġbru l-flus għal ħafna karitajiet. Konna verament nieħdu gost, konna grupp ta’ żgħażagħ insiefru l-Italja biex nimmudellaw f’’fashion show’ ġo kastell veru sabiħ f’Read More…

europa donna malta

‘Europa Donna Malta’ huwa grupp li jippromwovi u jissapportja lil dawk l-indiviwi li qed jiġġieldu l-kanċer tas-sider, u l-membri jinkludu pazjenti, sopravissuti u membri tal-familji tagħhom. Ilna nissapportjaw kemm nisa kif ukoll irġiel għal dawn l-aħħar 30 sena. Meta persuna tingħata dijanjosi tal-kanċer tas-sider, ikollha bżonn is-sapport waqt il-vjaġġ speċjalment wara xi operazzjoni u trattament. Hawnhekk jidħol il-grupp ‘Europa Donna Malta’. Aħna noffru konsultazzjonijiet minn konsulenti professjonali, kif ukoll norganizzaw sezzjonijiet fi gruppi fejn il-membri jkunu jistgħu jaqsmu l-istejjer u l-esperjenzi tagħhom ma’ xulxin. Aħna norganizzaw lekċers għall-professjonisti tas-saħħa kif ukoll għall-pubbliku ġenerali biex inqajmu kuxjenza. Is-servizzi tagħna huma kollha b’xejn u huma organizzati minnRead More…

Gaia and Nina Clothing Line

Għadni kif qattajt il-wara nofsinhar tiegħi ma mara oħra li tispirani – Francesca Pace, imprenditur mill-aqwa u disinjatur b’talent u mara tan-negozju. Id-ditta tal-ħwejjeġ tat-tfal tagħha, ‘Gaia and Nina’ li hija msemmija għaż-żewġt’ ibniet tagħha, qed tissemma madwar id-dinja kollha. “Veru eċitata għax Harrods ikkunttattjawni il-bieraħ ukoll!” qaltli b’entużjażmu. Saqsejtha kif ġietha l-idea u fehmitni li nibtet ftit tas-snin ilu meta kellha ‘health scare; “Ħassejt il-bżonn li nibda nagħmel xi ħaġa mat-tfal, b’hekk bdejt billi ħlaqt profil fuq ‘Instagram’ u bdejt intella’ ritratti tal-ħajja tiegħi u tat-tfal”. Il-paġna ta’ Instagram, imsemmija għat-tfal tagħha Gaia u Nina saret ‘hit’ istantanja. “B’xorti tajba wara xi snin niġġieledRead More…

Matul dawn l-aħħar 10 snin, is-suq tax-xogħol sar dejjem aktar settorjali, biex b’hekk jinħalqu opportunitajiet għal kull professjonist li jispeċjalizza f’sezzjonijiet speċifiċi. Madankollu, fl-2020, u aktar fl-‘era ta’ wara l-COVID-19,  il-‘curriculum vitae’ mimlija bl-esperjenzi mhux se tkun l-unika element li jiggarantilek l-għażla jew il-professjonaliżmu ta’ persuna. Aħna ninsabu quddiem ħaġa ddefinita bħala ir-Raba’ Revoluzzjoni Industrijali, tgħallimna – b’mod tqil 🙁 – li l-proċessi jistgħu jiġu mmaniġġjati b’mod effiċjenti u remot, u li n-nies se jkunu aktar effiċjenti meta jkollhom il-permess li jaħdmu bil-pass tagħhom u fejn ikunu jridu jew jistgħu. Fuq xiex għandna naħdmu biex naffaċċjaw b’suċċess ix-xenarji tax-xogħol li qed jinbidlu b’mod kostanti? ‘TheRead More…