Benessere

spa and wellness

Permezz tas-servizzi li toffri, Yasmin minn ‘Sanya Eco Spa and Wellness Centre’ tgħin lin-nies jeħilsu mill-istress u mill-għajja esaġerata u jesperjenzaw sens profond tal-benesseri u paċi. Imma x’differenza hemm bejn l-istress u għajja esaġerata? Jekk qabel il-COVID-19 l-istress u l-ansjeta’ kienu magħrufa li jikkawżaw ħafna ħsibijiet, issa nistgħu ngħidu li żgur li għandhom jingħataw prijorita’. Il-COVID irnexxielu jgħakkes ħafna nies, speċjalment nisa, billi kkawża għajja esaġerata. L-aktar ħaġa mportanti li għandna nżommu f’moħħna hija li hemm differenza kbira bejn stress u għajja esaġerata. Ġisimna huwa reżiljenti għall-istress. Aħna kapaċi nifilħu ċertu ammont ta’ stress għal ammont ta’ żmien. Imma meta nilħqu l-limitu b’għajja tremenda inkunuRead More…

breast cancer

Hija ħaġa tassew diffiċli li taffaċċja dijanjosi tal-kanċer. Dijanjosi bhal din twaqqfilna l-ħajja b’mod immedjat, iġġiegħlna nevalwaw il-prijoritajiet tagħna u xi kultant ħajjitna b’mod ġenerali. Tbiddlilna r-rutina ta’ kuljum, tkissrilna l-pjanijiet u l-impenji tax-xogħol tagħna. Tħalli effett kbir fuq dawk kollha li jħobbuna u taffettwa b’mod sinifikanti lil ħajjitna wkoll. Għal ħafna snin ħdimt fil-‘Breast Clinic’ fl-Isptar Mater Dei u stajt nara l-effetti ta’ dijanjosi tal-kanċer ta’ kuljum. Barra minn hekk, jiena għext din l-esperjenza ma xi ħadd qrib ħafna tiegħi. Waqt it-trattament onkoloġiku, l-ħajja tal-familja kollha kienet iddur madwar appuntamenti l-isptar, it-trattamenti tal-kanċer u remissjoni. Meta l-kundizzjoni tiegħu marret għall-agħar, ħajjitna waqfet. Hija esperjenzaRead More…

journey to happiness

Kien vjaġġ twil u diffiċli, imma issa naf li persuna trid tħobb lilha nifisha biex tgħix ħajja kuntenta, u li dan mhuwiex att ta’ egoiżmu. Meta nieħu ħsieb lili nnifsi ma nkunx qed nabbanduna l-ħaddieħor, iżda nkun qed nimmeljora sabiex meta nkun magħhom, inkun preżenti u b’saħħti b’ruħi w’ ġismi. Ma tistax tferra minn tazza vojta. Inti tassew tħobb lilek innifsek? Jew għalik hija eħfef li tiffoka fuq in-negattiv u insigurtajiet tiegħek aktar milli tiffoka fuq l-affarijiet li jogħġbuk fik innifsek? Jaf qed tiffoka fuq dawk ta madwarek imma mintix tiffoka fuqek innifsek ukoll. Ċerti ndividwi jevitaw li jkunu weħdihom u saħansitra jibżgħu jagħmlu affarijietRead More…

emma beck sweet valley family clinic

Kelli kurżita’ kbira sabiex niltaqa’ ma Emma Beck, li hija qabla kif ukoll psikoterapista. Il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ speċjalitajiet interessatni ħafna u għalhekk ħassejt il-bżonn li nsir naf aktar fuq Emma. Ippjanajna biex niltaqgħu fil-klinika tagħha, għax xi ħaġa li fil-fatt ma kontx irrealizzajt qabel hi li Emma hija wkoll businesswoman ta’ suċċess u determinazzjoni. Hija tmexxi l-klinika ‘Sweet Valley Family Clinic’ f’B’Kara. Qatt ma konna ltqajna qabel, u kont sorpriża meta sibt mara żagħżugħa b’daħka tassew ħelwa u karattru ferrieħi. Kont ħerqana u kurjuża biex insir naf aktar fuq x’inhu eżattament il-ħsieb wara ‘Sweet Valley Family Clinic’. Xi trid tfisser biha ‘family clinic’, forsiRead More…

kat smith nutritional therapist

Sitt snin ilu ħadt id-deċiżjoni…iddeċidejt li daqshekk! Daqshekk operazzjonijiet; daqshekk pariri ħżiena; daqshekk nistenna lil nies oħra biex ifejquni; daqshekk inwaħħal fija nnifsi għal kundizzjoni tiegħi; daqshekk nisma stejjer tal-biża minn sħabi n-nisa fuq il-problemi relatati mal-gynae tagħhom u kif it-tabib tagħhom m’għenhomx meta ġew bżonn. Qattajt ħafna snin minn żogħżiti fejn it-tabib, nilmenta dwar l-għejja, il-mard, l-irjiħat u l-influwenzi li ma riedu jgħaddu b’xejn. Aktar ma bdew għaddejjin snin, aktar kont qed ningħata preskrizzjonijiet ta’ antibijotiċi, mediċini li jtaffu l-uġigħ u eventwalment anke antidipressanti. Is-sistema immunitarja tiegħi żgur li kienet qed tiġi mfixkla b’xi mod. Tkellimna ma esperti tal-ENT, gastroenteroloġisti, immunoloġisti… Jien u nħaresRead More…

smoking cessation

Daħlet mara fil-klinika tiegħi b’taħlita ta’ rwejjaħ. Stajt inxomm it-tewm, ‘chewing gum’ u riħa tfuħ tal-fjuri. Naħseb rat il-ħarsa mimlija mistoqsijiet tiegħi għax qaltli, “Tabiba, sigriet. Tgħidx lir-raġel imma ġimgħa ilu erġajt bdejt inpejjep.” Kienet waqfet għal sena. Imma waqt ikla ma’ kollegi tagħha, gawdew ftit tipjip u dlonk reġgħet bdiet tixtri s-sigaretti. Din hija storja komuni ma’ ħafna, u bħal ma tħobb tgħid il-furnara lokali tiegħi filwaqt li tbaxxi rasha: “L-aħjar li qatt ma tibda!” Studji riċenti juru li 20% tal-popolazzjoni f’Malta jpejjpu, bl-irġiel fost l-aktar li jpejjpu minn nisa. Filwaqt li fl-istatistika naraw li Malta hija ftit ‘il fuq mill-medja tal-Unjoni Ewropea, in-numriRead More…

problem solving

Id-dinja saret aktar kumplessa u din qed tiġi riflessa f’ħajjet in-nies kif ukoll fl-organizzazzjonijiet. F’dan il-kuntest, il-problemi huma r-regoli, b’hekk il-‘problem solving skills’ saru aktar importanti. Fl-era tat-transformazzjoni diġitali, l-inteliġenza artifiċjali u r-robotika, xogħolijiet li jinvolvu kompiti sempliċi u ripetittivi qed jittieħdu bil-mod mill-magni, u probabbli dalwaqt naraw li l-unika dmirijiet li jibqgħu esklussivament riżervati għall-bnedmin ikunu d-dmirijiet li jeħtieġu kreattività u intuwizzjoni. Bħala konsegwenza, il-kwalita’ ta ħajjitna se tispiċċa aktar u aktar dipendenti fuq il-kapaċità tagħna li nitrattaw u nsolvu d-diffikultajiet u l-inkonvenjenzi aktar serji li niltaqgħu magħhom. L-aħbar it-tajba hija li l-problemi jistgħu jiġu solvuti b’mod aktar effettiv u faċli permezz ta’ strateġijaRead More…

PCOS diet

Il-‘Polycystic Ovarian Syndrome’ jew kif nafuha aktar il-PCOS, hija problema komuni fin-nisa kkawżata minn żbilanċ fl-ormoni reproduttivi. Huwa stmat li bejn 5% u 10% tan-nisa b’ eta’ ta’ bejn il-15 u l-44 sena għandhom il-PCOS. Il-maġġoranza ta’ dawn in-nisa jsiru jafu li għandhom din il-kundizzjoni meta jkollhom bejn l-20 u l-40 sena, hekk kif isibu problema biex jinqabdu tqal u jkellmu tabib. Madankollu, din il-kundizzjoni tista tagħraf il-bidu tagħha mill-eta’ tal-puberta’ il-fuq. Il-PCOS ma tagħmilx distinzjoni bejn ir-razza u l-etniċita’. Ir-riskju għal-PCOS huwa aktar għoli f’ każ ta’ obeżita’, jew jekk ommok, oħtok jew zitek kellha l-istess kundizzjoni. Is-sintomi tal-PCOS jinkludu ‘periods’ irregolari, diffikulta’ biexRead More…

worrying women

Kultant insibni naħseb jekk Eva qabel ma offriet il-frotta projbita lill-Adam inkwetatx dwar jekk il-frotta kinitx ġejja minn xi ‘eco-farm’, jekk kinitx maħsula sew mill-pestiċidi, jew jekk kinitx tajba għal saħħtu. Meta nuża l-kelma ‘mara’ qed nirreferi għal kull persuna li tidentifika ruħa b’ aspetti femminili, irrispettivament mill-identita’ tal-ġeneru. Iva, ħafna nisa jinkwetaw. Aħna nkunu l-ewwel li ninnutaw jekk it-tfal tagħna għandhom karatteristiċi tal-ADHD, jew jekk għandhom bżonn dentist, jew jekk is-sieħeb jew sieħba tagħna għandhom bżonn apparat għall-apnea matul il-lejl, jew jekk il-familja tagħna għandha xi bżonnijiet partikolari. Skond in-‘National Institute of Mental Health’, in-nisa għandhom tendenza d-doppju ta’ l-irġiel li jbatu minn problemiRead More…