Share the love

Kelli kurżita’ kbira sabiex niltaqa’ ma Emma Beck, li hija qabla kif ukoll psikoterapista. Il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ speċjalitajiet interessatni ħafna u għalhekk ħassejt il-bżonn li nsir naf aktar fuq Emma.

Ippjanajna biex niltaqgħu fil-klinika tagħha, għax xi ħaġa li fil-fatt ma kontx irrealizzajt qabel hi li Emma hija wkoll businesswoman ta’ suċċess u determinazzjoni. Hija tmexxi l-klinika ‘Sweet Valley Family Clinic’ f’B’Kara.

Qatt ma konna ltqajna qabel, u kont sorpriża meta sibt mara żagħżugħa b’daħka tassew ħelwa u karattru ferrieħi. Kont ħerqana u kurjuża biex insir naf aktar fuq x’inhu eżattament il-ħsieb wara ‘Sweet Valley Family Clinic’.

Xi trid tfisser biha ‘family clinic’, forsi minħabba li huwa mmexxi mill-familja?

“Le, insejħulu ‘family clinic’ minħabba li aħna nitrattaw il-klijenti tagħna bħala familja u nistgħu anke nitrattaw lill-familja kollha, mit-tqala sat-twelid, sal-bżonn ta’ ‘paediatrician’ meta jibda jikber it-tifel jew tifla”, fehmitni Emma, “mhux biss għall-ommijiet u t-trabi, imma noffru wkoll pariri nutrittivi, endokrinoloġisti, psikoterapisti u esperti fin-newroloġija. Nistgħu ngħinu lill-familja kollha fil-bżonnijiet kollha tagħhom fil-vjaġġ ta’ ħajjithom.”

Affaxxinani ħafna l-approċċ ħolistiku offrut għas-saħħa u għal-benesseri.  Emma tara lill-ommijiet prospettivi bħala qabla u taħdem id f’id mal-ġinekoloġisti fi ’Sweet Valley Family Clinic’. Tgħallimt ukoll li ‘Sweet Valley Family Clinic’ joffri wkoll servizzi ta’ espert fl-infertilita’ u anke fil-ġenetika.

Veru għoġobni l-kunċett ħolistiku, ma rrealiżżajtx li bniedem jista’ jiltaqa’ ma qabla qabel it-twelid, imma aktar importanti minn hekk, l-idea li tkun tista’ tikkuntattja qabla privatament wara t-twelid għal xi kwistjonijiet li jistgħu jaffaċċjaw il-ġenituri, kemm jekk ikunu fiżiċi kif ukoll psikoloġiċi.

Jidher biċ-ċar li Emma veru appassjonata fuq xogħolha  u għalkemm din hija klinika tal-familja żgħira, għandha standard, ideat u toffri attenzjoni sa l-iċken dettal. Mid-dekorazzjoni tal-ħajt ikkulurit għat-tfal biex ipenġu fuqu, għat-tindif impekkabbli u l-miżuri għas-saħħa minħabba l-Covid. Dan huwa post li vera ħassejtni milqugħa fih u nista’ ngħid li litteralment ħassejtni komda daqs li kieku kont qiegħda d-dar.

Nista nara wkoll il-benefiċċji u l-valur li tkun trattat fi klinika żgħira li tista’ tara lill-klijent u tiggwidaħ fil-vjaġġ ta kura tas-saħħa, post fejn il-klijent jiġi trattat bħala persuna sħiħa, u kif approċċ ħolistiku jista’ jġib riżultati aħjar fis-saħħa tal-familja kollha.

Jekk tixtieq tiddiskuti xi ħaġa relatata ma’ saħħa, ikkuntattja lill-‘Sweet Valley Family Clinic fuq 21424324 jew lil Emma Beck direttament b’imejl fuq [email protected]

https://www.sweetvalleyclinic.com.mt/


Share the love

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *